Ingredjenti
600g għaġina ħelwa… skont l-istruzzjonijiet 1 sa 6 tar-riċetta ‘Flan tal-Kiwi u Irkotta’ mogħtija f’dan il-ktieb
krema pastiċċiera… skont ir-riċetta ‘Krema Pastiċċiera’ mogħtija f’dan il-ktieb
amaretti
biċċa ċikkulata morra
qoxra ta’ lumija maħkuka
bajda mħabbta
icing sugar
Metodu
- Lesti l-għaġina bil-qoxra maħkuka tal-lumija miżjuda magħha.
- Ipprepara l-krema pastiċċiera.
- Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
- Idlek forma tat-torti b’dijametru ta’ 23ċm bi ftit marġerina u għaddiha ħafif bid-dqiq. Tista’ tiksiha b’karta tal-forn umda.
- Iftaħ nofs l-għaġina u iksi l-qiegħ tal-forma biha.
- Farrak ftit amaretti b’tali mod li tħallihom f’biċċiet kbar u iksi l-għaġina bihom. Ħokk ftit ċikkulata fuq l-amaretti.
- Ferra’ l-krema fuq iċ-ċikkulata, illixa l-wiċċ u erġa’ ħokk ftit ċikkulata fuqu. Iksi bl-amaretti sħaħ.
- Idlek ix-xfar tal-għaġina bi ftit ilma.
- Iftaħ in-nofs l-ieħor tal-għaġina u għatti t-torta biha.
- Agħfas tajjeb ix-xfar flimkien u neħħi l-għaġina żejda. Agħmel ftit xquq fil-wiċċ tat-torta u idlek bil-bajda mħabbta.
- Aħmi għal 40 minuta jew sakemm l-għaġina tieħu dak il-kulur dehbi sabiħ.
- Meta tkun saret, ħalliha tiksaħ għal ftit ħin fil-forma qabel tagħmilha fuq xibka tal-ħadid.
- Roxx ftit icing sugar fil-wiċċ qabel isservi.