FAQ Malti

KIF TUŻA S-SIT TISJIR.COM

Kif tfittex riċetta

Biex tfittex riċetta, tista’ tagħmel dan faċilment billi tuża s-search engine tal-Facebook. Tista’ tfittex ukoll fil-lista ta’ sezzjonijiet bir-riċetti ġewwa s-sit tisjir.com. Qabel tibda tipprepara u ssajjar aqra u ifhem ir-riċetta sewwa. Ara li jkollok l-ingredjenti u l-għodda kollha li għandek bżonn.

Jekk tixtieq xi riċetta li ma tkunx sibt, ibgħat messaġġ mill-Facebook għal aktar għajnuna. Aħna dejjem nippruvaw naqdu lil kulħadd b’riċetti ġodda u mill-aktar interessanti.

Għal kemm nies huma r-riċetti

Il-maġġoranza tar-riċetti huma għal 4-5 persuni. Però dawk tal-ħelu, l-aktar il-kejkijiet, trifles, cheesecakes u gateaux normalment iservu għal aktar nies.

Ammonti ta’ ingredjenti

L-ammont ta’ ingredjenti f’kull riċetta huwa stabbilit skont l-ammont ta’ ikel li suppost tiekol kull persuna. Huwa importanti li żżomm ma’ dawn l-ammonti ħalli ma niklux iżżejjed. Fittex it-tabella Ammonti ta’ Ingredjenti għal aktar tagħrif.

Filmati

Fis-sit hemm diversi filmati interessanti. Dawn issibuhom taħt is-sezzjoni videos jew inkella fil-YouTube channel ANTON B. DOUGALL CHANNEL

https://www.youtube.com/channel/UCBkML-ueIJEQScogIE3aS2g

Korsijiet online

Matul is-sena il-Klabb tat-Tisjir jorganizza diversi korsijiet online. Il-ħlas għall-korsijiet kollha qed inħalluh żgħir kemm jista’ jkun, u jintuża biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-ikel u l-istaff.

Biex tara x’korsijiet ikunu qed isiru fil-mument idħol fis-sit tisjir.com u mur fit-taqsima shop. Il-korsijiet, barra dawk staġjonali, normalment isiru online u jdumu 6 xhur.

Kif tħallas għall-korsijiet

Fuq is-sit www.tisjir.com, agħżel il-kors tiegħek u tista’ tħallas bil-Paypal, credit card jew Revolut.

Il-link għall-filmati tal-kors

Wara li nirċievu l-ħlas is-sitema tibgħatlek notifika u tintbagħtlek link biex tkun tista’ tara l-filmati tal-kors. Jekk ma tirċevix il-link mill-ewwel, stenna ftit, u mbagħad informa lill-amminstrazzjoni b’messaġġ. Dejjem żomm l-irċevuta ħalli jekk tkun fil-lista nagħtuk aċċess għall-filmati tal-kors.

MHUX permessibbli li inti tgħaddi l-link lil xi persuna oħra. Is-sistema ma tħallikx u jekk l-amministrazzjoni tinduna, tista’ tikkanċella l-link tiegħek.

Komunikazzjoni

Jiddispjaċina li mhuwiex possibbli nirrispondu t-telefonati tiegħek. Jekk trid tikkomunika magħna tista’ tibgħat email fuq anton@astoria.mt jew messaġġ fuq Facebook.

Flooding tas-sit tagħna

Is-sit tagħna huwa attiv ħafna u fih jitpoġġew ħafna riċetti u ritratti l-ħin kollu. Jekk jogħġobkom ma nixtiqux li tpoġġu ritratti jew ringrazzjamenti b’ritratti kbar għax dawn jistgħu joħolqulna problema ta’ spazju u r-riċetti li npoġġu aħna jinżlu ’l isfel ħafna.

Xiri ta’ kotba

Fit-taqsima shop hemm numru ta’ kotba popolari miktubin minn Anton B. Dougall għall-bejgħ. Jekk tixtieq tixtri xi ktieb agħżel il-ktieb u ħallas mis-sit stess. Dan jintbagħat bil-posta jew jinġieb min-nies tagħna wara l-bieb.

Aħna nagħmlu minn kollox biex il-ktieb jinġieb id-dar mingħajr ħlas imma dan mhux dejjem possibbli, speċjalment f’indirizzi f’Għawdex.

Ir-riċetti tiegħek

Aktar ’il quddiem fis-sit elettroniku tagħna se jkollna sezzjoni fejn inkunu nistgħu npoġġu r-riċetti u r-ritratti tagħkom. Dawn ikunu jridu jintbagħtu permezz ta’ email lil anton@astoria.mt

Like u Share

Nieħdu pjaċir bil-LIKES u aktar u aktar bix-SHARES. Dawn huma ferm importanti għalina biex inżommu s-sit popolari, ħaj u attiv. Għalhekk nirrakkomandaw li dejjem tagħmlu LIKE u SHARE ta’ dak li aħna naqsmu magħkom.

Shopping Basket