Ingredjenti
600g għaġina ħelwa
Għall-mili
300g frawli… irid ikun kbir u sabiħ
300ml ħalib
200ml krema
120g zokkor
3 bajdiet
essenza tal-vanilja
Metodu
- Ixgħel il-forn 2000C, gass numru 6.
- Ipprepara l-għaġina ħelwa.
- Idlek dixx tal-flan b’dijametru ta’ 24ċm bi ftit marġerina u roxx ftit dqiq fuqu. Importanti ħafna li d-dixx ikun taċ-ċaqquf jew minn dawk taċ-ċinturin (springform tin). Iksi d-dixx bl-għaġina u rranġa x-xfar.
- Qiegħed iz-zokkor u l-bajd ġo skutella kbira u ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita ssir qisha krema bajdanija. Żid il-krema u l-essenza tal-vanilja u kompli ħaddem għal ftit minuti oħra.
- Iksi l-qiegħ tal-għaġina bi ftit frawli u ferrex il-krema fuqu. Aqsam il-frawli li tkun ħallejt min-nofs u poġġih fil-wiċċ tal-krema.
- Aħmi għal madwar 40 minuta.
- Din it-torta tisserva kiesħa.