Flan tal-Kiwi u Irkotta

Ingredjenti għall-Għaġina Ħelwa

480g dqiq plain
300g marġerina
120g zokkor
bajda
ftit qoxra ta’ lumija maħkuka

Ingredjenti għall-Mili

700g irkotta
100g zokkor
3 bajdiet
kiwi
ftit essenza tal-vanilja

Metodu

  • Għarbel id-dqiq, għal aktar minn darba, ġo skutella. Int u tgħarbel żomm il-passatur kemm tista ’l fuq biex iddaħħal kemm tista’ arja fid-dqiq.
  • Żid il-marġerina. Tista’ tħaddem din l-għaġina b’idejk jew b’mixer; fl-aħħar każ għandek tuża l-ganċ. Jekk se tuża jdejk, ħaddem sew il-marġerina u d-dqiq bejn subgħajk sakemm it-taħlita ssir qisha ramel safrani. Il-marġerina ma tridx tibqa’ tidher.
  • Ħallat sew il-bajda flimkien maz-zokkor u l-qoxra tal-lumija maħkuka ġo skutella żgħira. Żid din it-taħlita ma’ dik tad-dqiq u marġerina u erġa’ ħallat sew. Għaqqad biex tifforma għaġina. Importanti ħafna li issa tħaddem biss għal ftit minuti.
  • Jekk qed tagħmel l-għaġina b’idejk, neħħi l-għaġina kollha li jkollok ma’ subgħajk. Ifforma l-għaġina fl-għamla ta’ ballun. Iżżidx dqiq. Poġġi l-għaġina ġo skutella u għattiha tajjeb b’sarvetta mxarrba.
  • Jekk użajt il-mixer, naddaf tajjeb il-ganċ. Ifforma l-għaġina fl-għamla ta’ ballun. Iżżidx dqiq. Poġġi l-għaġina ġo skutella u għattiha tajjeb b’sarvetta mxarrba.
  • Ħalli l-għaġina toqgħod għal madwar siegħa. Jekk it-temp ikun sħun, jew ikollok il-kċina sħuna, geżwer l-għaġina fl-istretch and seal u poġġiha fil-friġġ. Tista’ tlesti l-għaġina minn ġurnata qabel u tħalliha fil-friġġ.
  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina u iftaħ l-għaġina b’lembuba. Importanti li l-għaġina la teħel mal-mejda u lanqas mal-lembuba għalhekk ċaqlaqha kultant int u tiftaħha. L-għaġina la trid tkun ħoxna żżejjed u lanqas irqiqa ħafna.
  • Idlek dixx ta’ flan b’dijametru ta’ 23ċm bi ftit marġerina u għaddih ħafif bid-dqiq. Tista’ tiksih b’karta tal-forn ftit umda biex iżżomm tajjeb mal-qiegħ. Importanti li d-dixx ikollu l-qiegħ jinqala’.
  • Gerbeb l-għaġina miftuħa mal-lembuba u iksi d-dixx biha. Irranġa x-xfar.
  • Qiegħed l-irkotta, iz-zokkor, il-bajd u l-essenza tal-vanilja ġo skutella u ħaddem tajjeb
  • flimkien.
  • Poġġi din it-taħlita fuq l-għaġina u sajjar ġol-forn għal madwar 40 minuta. Ħalli l-flan tiksaħ sew meta tkun lesta.
  • Qaxxar il-kiwi, qattagħha fi slajsis u iksi l-wiċċ tal-flan biha.
  • Kessaħ sew qabel isservi.
Shopping Basket