Ingredjenti
600g għaġina ħelwa
600g krema pastiċċiera
taħlita ta’ frott differenti bħal: kiwi, għeneb iswed, frawli, ħawħ u berquq (jekk ikun fl-istaġun)
glaze… trid tkun trasparenti
Metodu
- Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4-5.
- Lesti l-għaġina ħelwa.
- Idlek dixx tal-flan b’dijametru ta’ 23ċm bi ftit marġerina u roxx ftit dqiq fuqu. Importanti ħafna li l-qiegħ ikun jinqala’. Iksi dan id-dixx bl-għaġina u neħħi l-għaġina żejda kollha ta’ madwar ix-xfar. Taqqab il-qiegħ b’furketta biex l-għaġina ma tintefaħx.
- Sajjar fuq l-ixkaffa tan-nofs tal-forn għal madwar 30-35 minuta. Neħħi l-għaġina mill-forn u ħalliha fuq xibka tal-ħadid biex tiksaħ sew.
- Ipprepara l-krema pastiċċiera.
- Aħsel il-frott sew u qaxxar fejn hemm bżonn.
- Imla l-forma tal-għaġina msajra bil-krema. Ħalli l-krema tiksaħ għal kollox qabel tqiegħed il-frott fil-wiċċ.
- Żejjen skont il-gosti tiegħek bil-frott tal-għażla tiegħek.
- Ipprepara l-glaze skont l-istruzzjonijiet mogħtijin fuq il-pakkett. Idlikha fuq il-frott b’pinzell.
- Poġġi l-flan fil-friġġ biex tagħqad tajjeb qabel isserviha.