Ingredjenti
600g għaġina ħelwa
600g irkotta
150g zokkor
120g lewż mitħun (intrita)
120g chocolate chips skuri jew biċċa ċikkulata morra maħkuka f’biċċiet kbar
80g lewż inkaljat u mfarrak f’biċċiet kbar
3 bajdiet
2 grokkijiet amaretto
qoxra ta’ lumija maħkuka
bajda mħabbta
essenza tal-vanilja
trab tal-kannella
icing sugar
Metodu
- Lesti l-għaġina bil-qoxra maħkuka tal-lumija miżjuda magħha.
- Ixgħel il-forn 2000C, gass numru 6.
- Qiegħed l-irkotta ġo skutella kbira u għaffiġha tajjeb. Żid il-bajd u ħawwad tajjeb sakemm it-taħlita ssir kremuża.
- Żid l-essenza tal-vanilja, il-kannella, l-intrita, il-lewż inkaljat u ċ-ċikkulata. Ħawwad tajjeb, żid ix-xorb u erġa’ ħawwad.
- Idlek forma tat-torti b’dijametru ta’ 23ċm bi ftit marġerina u għaddiha ħafif bid-dqiq. Tista’ tiksiha b’karta tal-forn umda.
- Iftaħ nofs l-għaġina u iksi l-qiegħ tal-forma biha.
- Imla l-forma bit-taħlita tal-irkotta. Illixxa l-wiċċ. Agħfas tajjeb ix-xfar u neħħi l-għaġina żejda. Idlek ix-xfar tal-għaġina bi ftit ilma.
- Iftaħ in-nofs l-ieħor tal-għaġina u aqta’ strixxi.
- Iksi l-wiċċ tat-torta bl-istrixxi tal-għaġina forma ta’ gradilja u idlikhom bil-bajda mħabbta.
- Sajjar għal madwar 40-50 minuta jew sakemm l-għaġina tieħu kulur dehbi sabiħ.
- Ħalli t-torta lesta tiksaħ sew fil-forma qabel tagħmilha fuq xibka tal-ħadid.
- Roxx ftit icing sugar fil-wiċċ qabel isservi.