Ingredjenti
600g għaġina ħelwa
Għall-mili
500g irkotta
200g butir ħelu
100g zokkor
70g konfettura mħallta mqattgħa
4 mgħaref dqiq
3 mgħaref ilma żahar
3 bajdiet
bajda mħabbta
kuċċarina qoxra ta’ larinġa maħkuka
ftit trab tal-kannella
icing sugar
Metodu
- Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4-5.
- Lesti l-għaġina ħelwa. Għarbel ftit trab tal-kannella mad-dqiq.
- Idlek dixx tal-flan b’dijametru ta’ 23ċm bi ftit marġerina u roxx ftit dqiq fuqu. Importanti ħafna li l-qiegħ ikun jinqala’. Iksi dan id-dixx bl-għaġina.
- Qiegħed il-butir flimkien maz-zokkor fl-iskutella tal-mixer u ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita ssir kremuża. Żid il-qoxra tal-larinġa, l-irkotta, il-bajd, id-dqiq, il-konfettura u t-trab tal-kannella. Erġa’ ħaddem tajjeb għal ftit minuti oħra.
- Imla l-forma tal-għaġina b’din it-taħlita u llixxa l-wiċċ.
- Idlek ix-xfar tal-għaġina b’bajda mħabbta u iksi l-wiċċ bi strixxi tal-għaġina forma ta’ gradilja. Idlek l-istrixxi tal-għaġina bil-bajda mħabbta.
- Sajjar fil-forn għal madwar 45-50 minuta.
- Ħalli t-torta tiksaħ għal ftit ħin qabel tneħħiha mill-forma.
- Roxx ftit icing sugar fil-wiċċ qabel isserviha.