Torta tar-Ross u Qargħa Ħamra

Ingredjenti

800g għaġina tat-torti… skont ir-riċetta ‘Għaġina tat-Torti’ mogħtija f’dan il-ktieb
800g qargħa ħamra
200g ross
kurrat
tewm frisk
landa kbira tonn taż-żejt
inċova
żebbuġ iswed imnaddaf mill-għadma u mqatta’
taħlita ta’ ħwawar tal-gosti tiegħek
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Lesti l-għaġina.
  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Naddaf il-kurrat, qaxxar it-tewm u qattagħhom f’biċċiet żgħar. Naddaf il-qargħa ħamra, qaxxarha u qattagħha wkoll f’biċċiet żgħar.
  • Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u qalli l-kurrat u t-tewm bla ma tħallihom jiskuraw. Meta jkunu trasparenti, żid il-qargħa ħamra u sajjar sakemm din tirtab ħafna. Ħawwad ta’ spiss.
  • Baxxi n-nar u żid iż-żebbuġ iswed imqatta’.
  • Ħawwad tajjeb, żid ftit inċova u kompli sajjar fuq nar bati.
  • Żid ir-ross nej u kompli sajjar filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Żid il-ħwawar li tiggosta bħal ħabaq, merqtux u sagħtar. Roxx ukoll il-bżar. Tużax ħafna melħ minħabba li diġà hemm kemm l-inċova kif ukoll iż-żebbuġ.
  • Żid it-tonn taż-żejt u kompli sajjar għal ftit ћin ieћor. Ħawwad ta’ spiss. Meta t-taћlita tkun tћalltet u rtabet sew, neћћiha minn fuq in-nar.
  • Iftaħ l-għaġina. Segwi l-istruzzjonijiet 8 sa 10 tar-riċetta ‘Flan tal-Kiwi u Irkotta’.
  • Qabel tpoġġi t-taћlita fuq l-gћaġina, ferrex ftit ross nej fil-qiegħ tagħha. Dan iservi biex jiġbor xi likwidu żejjed li jkun hemm. Tista’ tagħlaq din it-torta b’wiċċ sћiћ tal-gћaġina jew iżżejjen il-wiċċ b’forma ta’ kannizzata magħmula mill-istrixxi tal-gћaġina.
Shopping Basket