Quiche bil-Ħaxix

Ingredjenti

600g għaġina tat-torti
660ml ħalib… importanti ħafna li ma jkunx xkumat iżda full cream
½kg taħlita ta’ ħaxix bħal: brokkli, qarabagħli, pastard, fażola twila u xi ħaxix ieħor tal-gosti tiegħek
200g ġobon tat-toqba
4 bajdiettadam tat-tip cherry
ftit nuċimuskata friska maħkuka
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Lesti l-għaġina. Gerbibha fl-istretch and seal u ħalliha toqgħod fil-friġġ sakemm tiġi biex tużaha.
  • Saħħan il-forn 1900C, gass numru 5.
  • Idlek dixx ta’ flan b’dijametru ta’ 25ċm bi ftit marġerina jew żejt u għaddih ħafif bid-dqiq. Tista’ tiksih b’karta tal-forn ftit umda biex iżżomm tajjeb mal-qiegħ. Importanti li d-dixx ikollu l-qiegħ jinqala’.
  • Aħsel tajjeb il-ħaxix u qattgħu kollu f’biċċiet żgħar. Għallih f’ħafna misħun għal 6 minuti. Saffih tajjeb u ferrxu fuq platt ċatt biex jiksaħ.
  • Ofsoq 3 bajdiet ġo skutella u l-abjad biss tal-oħra. Żid il-ħalib u roxx ftit bżar, melħ u n-nuċimuskata. Ħawwad l-ingredjenti tajjeb flimkien.
  • Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina u iftaħ l-għaġina. Iksi d-dixx tal-flan biha u idlek il-qiegħ u l-ġnub bl-isfar tal-bajda li tkun warrabt.
  • Ħokk il-ġobon f’biċċiet kbar jew qattgħu fi slajsis irqaq.
  • Imla bil-ħaxix u ferrex nofs il-ġobon fuqu. Għaffeġ ftit il-ħaxix u ferra’ t-taħlita tal-bajd fuqu.
  • Ferrex il-bqija tal-ġobon fil-wiċċ. Erġa’ roxx ftit nuċimuskata u żejjen bin-nofsijiet tat-tadam.
  • Aħmi għal madwar 30-45 minuta. Ħalli l-quiche toqgħod ftit fil-forma qabel toħroġha u taqsamha.
  • Din il-quiche ttiegħem tajba kemm sħuna kif ukoll kiesħa.
Shopping Basket