Salamun Affumikat

Ingredjenti

salamun affumikat… dan jinxtara maqtugħ lest f’pakketti, mis-sezzjoni tal-prodotti tal-friża fis-supermarkets
żejt taż-żebbuġa extra virgin
kappar
chives jew tursin imqatta’ rqiq
flieli tal-lumi
ħobż ismar
butir

Metodu

  • Neħħi s-salamun mill-pakkett u qiegħed il-qatgħat fuq platt ċatt.
  • Ferrex ftit żejt taż-żebbuġa, kappar u chives jew tursin imqatta’ rqiq fuqhom.
  • Żejjen bil-flieli tal-lumi.
  • Servi mal-ħobż ismar midluk bil-butir.
Shopping Basket