Bi ftit tibdil, dan id-dixx ikun tajjeb kemm għal dawk li huma dijabetiċi kif ukoll għal dawk li huma bid-dieta. Minflok issajjar il-pulpetti fiz-zalza, issajjarhom fil-brodu tagħhom stess.
Ingredjenti għall-Pulpetti
600g kapuljat tat-tiġieġ
6g ġobon maħkuk
2 bajdiet
smid
bżar mitħun frisk u melħ
Ingredjenti għaz-Zalza
2 kg tadam artab li jkun tajjeb għaz-zalza
200g basal
tewm… skont kemm tiggosta
ħabaq frisk imqatta’ rqiq ħafna
żejt taż-żebbuġa
Metodu
- Qiegħed il-kapuljat tat-tiġieġ ġo skutella u żid il-bajd u t-tursin miegħu. Roxx il-bżar u l-melħ u ħawwad tajjeb sakemm it-taħlita ssir ħaġa waħda.
- Ifforma l-pulpetti b’din it-taħlita u għaddihom mis-smid imferrex fuq platt ċatt.
- Ixgħel il-forn 1800 C, gass numru 4.
- Għal min mhux se jsajjar il-pulpetti fiz-zalza: Poġġi kazzola bl-ilma fuq in-nar. Meta l-ilma jiftaħ jagħli, għalli l-pulpetti għal madwar 20 minuta. Tella’ l-pulpetti mill-ilma bi xkumatur biex ma jitfarrkux.
Għaz-zalza
- Qaxxar it-tewm u l-basal u qattagħhom f’biċċiet żgħar.
- Aħsel tajjeb it-tadam u aqsmu min-nofs.
- Poġġih ġo borma mdaqqsa u agħmlu fuq nar moderat sakemm jisħon tajjeb.
- Baxxi n-nar, għatti l-borma bl-għatu u kompli sajjar għal 15-il minuta.
- Neħħi l-għatu, ħawwad tajjeb u kompli sajjar sakemm it-tadam jirtab ħafna. Kultant ħawwad u għaffeġ it-tadam.
- Sadanittant, saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u qalli t-tewm u l-basal. Ħawwad il-ħin kollu. Baxxi n-nar u kompli sajjar dejjem fuq nar baxx. Ħawwad ta’ spiss.
- Żid it-tadam u l-ħabaq u ħawwad tajjeb. Kompli sajjar għal madwar 20 minuta u ħawwad ta’ spiss.
- Itħan iz-zalza bi blender jew għaddiha minn passe-purée u ferragħha ġo dixx taċ-ċaqquf.
- Qiegħed il-pulpetti nejjin ġo din iz-zalza. Tagħmilhomx imissu ma’ xulxin.
- Sajjar fil-forn għal madwar 30-40 minuta.
- Servi flimkien ma’ ross jew ħaxix mgħolli.