Ingredjenti
175ml żejt sunflower
175g zokkor ismar
175g dqiq self-raising
140g karrotti maħsulin u maħkukin
100g sultana
80g taħlita ta’ lewż u ġewż
3 bajdiet kbar
qoxra ta’ larinġa maħkuka
kuċċarina bikarbonat tas-soda
kuċċarina kannella
½ kuċċarina nuċimuskata maħkuka friska
ftit ġewż u lewż żejjed għall-wiċċ… jekk trid
Ingredjenti għall-Wiċċ
200g ġobon mascarpone
85g icing sugar
50g butir ħelu
qoxra ta’ lumija maħkuka
ftit nuċimuskata maħkuka friska
Metodu
- Saħħan il-forn 1800C, gass numru 4.
- Idlek forma tal-kejk b’dijametru ta’ 18-il ċm bi ftit żejt u għaddiha ħafif bid-dqiq. Tista’ tiksiha b’karta tal-forn.
- Għarbel id-dqiq flimkien mal-bikarbonat tas-soda, kannella u nuċimuskata u ħawwad tajjeb.
- Qiegħed iz-zokkor, iż-żejt, il-qoxra tal-larinġa maħkuka, il-bajd, il-karrotti maħkukin u s-sultana ġo skutella kbira. Ħawwad tajjeb l-ingredjenti flimkien u żid il-lewż u l-ġewż.
- Żid it-taħlita tad-dqiq ftit, ftit. Ħaddem tajjeb għal ftit ħin sakemm l-ingredjenti kollha jitħalltu sew flimkien.
- Ferra’ t-taħlita fil-forma, illixxa l-wiċċ u, jekk mhux se tagħmel krema fil-wiċċ tal-kejk, roxx il-biċċiet tal-lewż u ġewż fuqu.
- Aħmi għal madwar 45-50 minuta. Tinduna li l-kejk ikun sar meta tagħfas il-wiċċ bil-mod u dan jimmolla.
- Oħroġ il-kejk mill-forn u ħallih għal madwar kwarta fil-forma qabel tneħħih u tpoġġih fuq xibka tal-ħadid.
- Lesti l-krema għall-wiċċ sakemm il-kejk ikun qed jiksaħ. Qiegħed l-ingredjenti kollha ġo skutella. Ħabbat tajjeb b’beater tal-elettriku sakemm it-taħlita ssir qisha krema. Idlek il-wiċċ tal-kejk biha.
- Poġġi l-kejk fil-friġġ għal ftit tal-ħin qabel isservi.