Kejk tal-Birthday

Ingredjenti

Victoria Sponge taċ-ċikkulata
ġamm tal-berquq
xorb tal-gosti tiegħek jew meraq tal-larinġ
ċikkulata tat-tidwib… uża ċikkulata ta’ kwalità tajba
sugar paste… agħżel 2 kuluri li jkunu jaqblu

Metodu

  • Sajjar il-panedispanja u ħalliha tiksaħ sew. Aqsamha min-nofs u qiegħed nofs minnhom fuq xibka tal-ħadid.
  • Xarrab dan in-nofs bix-xorb jew meraq tal-larinġ.
  • Idlek bil-ġamm tal-berquq u poġġi l-biċċa l-oħra fuqu.
  • Dewweb iċ-ċikkulata banju marija jew fil-microwave għal ftit sekondi. Qis li ma jidħolx ilma maċ-ċikkulata.
  • Ferrex iċ-ċikkulata mdewba fuq il-panedispanja. Importanti ħafna li ma tmissha b’xejn; ħalliha tinżel weħidha.
  • Meta ċ-ċikkulata tkun kesħet u għaqdet, bil-galbu neħħi l-kejk minn fuq ix-xibka tal-ħadid u poġġih fuq platt kbir u ċatt.
  • Iftaħ is-sugar paste u żejjen skont il-gosti tiegħek (ara r-ritratt bħala eżempju).
  • Żejjen bl-icing u agħmel xemgħat skont kemm ikun hemm bżonn.

Nota: Biex tagħmel Victoria Sponge taċ-ċikkulata jeħtieġlek tagħmel dawn il-bidliet:
Neħħi l-qoxra maħkuka tal-lumija.
Neħħi 50g dqiq u minfloku agħmel 50g trab taċ-ċikkulata skura. Għarblu mad-dqiq.
Żid żewġ mgħaref żejt mat-taħlita minħabba li ċ-ċikkulata tista’ tagħmilha xi ftit tqila.

Shopping Basket