Crème Caramel

Ingredjenti

Għal-krema
600ml halib
5 bajdiet
90g zokkor
essenza tal-vanilja

Għal caramel

180g zokkor
105g ilma

Metodu

  • Ġo kazzola għamel 90g ilma flimkien maz-zokkor. Qiegħed fuq in-nar.
  • Kompli sajjar sakemm dan jiġi caramel. Tkun taf meta dan sar caramel, għaliex jibdel il-kulur.
  • Neħħi l-kazzola minn fuq in-nar. Żid il-kumplament tal-ilma, iġifieri 15g.
  • Erġa qiegħed il-kazzola fuq in-nar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Neħħi minn fuq in-nar.
  • Ħu forom żgħar u xarrabhom tajjeb bl-ilma. Jekk ma jkollox forom żgħar tista tagħmilhom ġo kikkri. Jekk trid tista tagħmel forma waħda kbira. Fil-qiegħ itfa il-caramel. Ħalliha toqgħod għal ftit ħin.
  • Ixgħel il-forn Gas numru 5, 1900C.
  • Ħu dixx tal-forn kbir u qiegħed ġo fih il-forom bil-caramel. Ibda ferra l-ilma ġo dan id-dixx sakemm tasal san-nofs tal-forom.
  • Ġo bieqja qiegħed il-bajd, zokkor u l-essenza tal-vanilja. Ħaddem tajjeb. Jekk trid tista tuża electric beater.
  • Qiegħed il-ħalib ġo kazzola u saħħnu fuq nar moderat. Il-ħalib irid jisħon biss u mhux jiftaħ jagħli. Żid dan il-ħalib sħun fuq it-taħlita tal-bajd. Ħawwad tajjeb.
  • Għaddi din it-taħlita minn passatur.
  • Imla il-forom b’din it-taħlita.
  • Sajjar fil-forn għal madwar 40 minuta. Neħħi mid-dixx u ħalliha tiksaħ tajjeb.
  • Meta tkun se sserviha neħħi mill-forom u qiegħed jew fuq platt wieħed kbir jew inkella fuq plattini żgħar.

Din dejjem trid tisserva kiesħa.

Shopping Basket