Awrat fil-Forn

Ingredjenti

4 awrat
meraq tal-lumi
żejt taż-żebbuġa
bżar aħmar midħun
bżar midħun frisk u melħ
kwart ta’ tazza nbid abjad

Metodu

Naddaf tajjeb il-ħut. Trid tneħħi l-ġwienaħ kollha.
Ixgħel il-forn Gas numru 4, 1800C.
Qiegħed kull ħuta fuq biċċa foil jew karta tal-forn. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ u ferra ftit żejt, meraq tal-lumi u nbid abjad.
Itwi l-karta jew foil qisek qed tagħmel qassata. Importanti li jkun hemm biċċa miftuħa fuq.
Qiegħed il-ħut ġo dixx tal-forn u sajjar fil-forn għal madwar 30 minuta. Importanti ħafna li l-ħut isir sewwa.

Shopping Basket