Ġeneralment il-platt prinċipali tal-ikla f’Jum il-Milied jikkonsisti mid-dindjan, tradizzjoni Ingliża marbuta mal-Milied li baqgħet magħna. Id-dunjan għandu post ċentrali mhux biss fl-ikla tal-Milied ġewwa l-Ingliterra, iżda wkoll f’dawk il-pajjiżi li kienu Kolonja Ingliża. Id-dndjan hu wkoll il-platt prinċipali fil-festa tradizzjonali Amerikana magħrufa bħala Thanksgiving Day. Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-Amerika fit-taba’ Ħamis ta’ Novembru u tista’ tgħid i dakinhar kull familja Amerikana ssajjar id-dundjan.
Id-dundjan hu għasfur kbir ħafna li ma jittikilx biss fil-festi tal-
Kif Tagħżlu
L-ewwel u forsi l-aktar ħaġa mportanti hu li tiddeċiedu il-kobor tad-dundjan li jkollkhom bżonn. Jekk jista’ jkun aħjar tixtru wieħed frisk. Jekk se tixtru wieħed iffriżat, allura tridu tagħżlu wieħed li ma jkunx mgħobbi b’ħafna ilma. Tridu tiftakru li d-dundjan jieħu bosta siegħat sakemm tinżillu l-friża kollha. Matul dawn is-siegħat trid iżżommu fil-friġġ u DEJJEM mgħotti tajjeb.
Kif Issajjaru
Hawn ħafna metodi ta’ kif tipprepara u issajjar id-dundjan.
Fost dawn hemm:-
Tista’ tuża biss is-sidra u l-koxox. Il-koxox timlihom bl-ikkapuljat u ssajarhom flimkien. Meta tiġu biex isservuhom tagħtu slice laħam abjad tas-sider u slice tal-koxxa mimlija.
Tista’ timla l-koxox u trembel is-sidra u ssajarha kull biċċa dundjan għaliha.
Tista’ ssajjar dundjan sħiħ. Hawn min l-ewwel jagħtih fawra għal siegħa u wara jkompli jsajru fil-forn. Ma naħsibx li jkun hemm bżonn li tagħmel hekk; iżda dawn gosti.
Tistgħu timlewh bl-ikkappuljat bejn il-ġilda u l-laħam.
Tistgħu ssajruh sħiħ mingħajr ma toqgħodu timlewh.
Kif Tippreparah
Hawn se ssibu l-metodu ta’ kif tippreparaw u ssajru dundjan sħiħ. Tinsewx li dan irid ikun mingħajr friża. Tridu tneħħu l-fwied, l-għonq u l-interjuri kollha.
- Ixgħel il-forn 1750C, Gas Numru 3.
- Ipprepara kwantità ta’ ħaxix bħal: karrotti, basal, kurrat u qarabagħli. Aħsel tajjeb u fejn hemm bżonn qaxxar. Qatta l-ħaxix f’biċċiet kbar u poġġih ġo skutella kbira. Żid ftit klin u ħawwad tajjeb.
- Poġġi dan il-ħaxix ġo dixx tal-forn imdaqqas. Żid daqs sitt tazzi ilma u żewġ tazzi nbid abjad. Fuq dan il-ħaxix poġġi gradilja. Din il-gradilja trid tkun tiflaħ il-piż tad-dundjan.
- Qiegħed id-dundjan fuq din il-gradilja. Ġo ż-żaqq tad-dundjan poġġi biċċa bejken sħiħa. Ħu larinġa u taqqab il-qoxra bil-ponta tal-imsiemer tal-qronfol. Imla l-qoxra bl-imsiemer tal-qronfol u qiegħed il-larinġa ħdejn il-bejken. Għorbot is-saqajn flimkien bl-ispag.
- Idlek is-sider tad-dundjan bil-butir jew żejt taż-żebbuġa. Roxx fuq id-dundjan melħ, bżar u ħafna klin.
- Għatti d dixx kollu bil-foil. Ma tridx tgħatti d-dundjan biss. B’hekk l-isteam jibqa’ ġewwa u d-dundjan isir aħjar.
- Sajjar fil-forn skont it-tabella iżjed ‘l isfel. Waqt it-tisjir ma tridx tmiss id-dundjan. Biex tkun taf kemm hija t-temperatura trid tuża t-termometru. Int u ddaħħal dan it-termometru QATT ma trid twasslu sal-għadam. Dan għaliex jagħtik temperature ħażina.
Din hija tabella tas-sajran skont id-daqs tad-dundjan:
Minn 3½ kg sa 4½ kg – 30 minuta b’temperatura ta’ 1700C Gas Numru 3; wara b’temperatura ta’ 1800C Gas Numru 4 għal 2-3 siegħat; fl-aħħar 30 minuta trid tneħħi l-foil u kompli sajjar b’temperatura ta’ 2400C Gas Numru 6.
Minn 5½ kg sa 6½ kg – 40 minuta b’temperatura ta’ 1700C Gas Numru 3; wara b’temperatura ta’ 1800C Gas Numru 4 għal 2-3 siegħat; fl-aħħar 30 minuta trid tneħħi l-foil u kompli sajjar b’temperatura ta’ 2400C Gas Numru 6.
Minn 6¾ kg sa 9 kg – 50 minuta b’temperatura ta’ 1700C Gas Numru 3; wara b’temperatura ta’ 1800C Gas Numru 4 għal 2-3 siegħat; fl-aħħar 30 minuta trid tneħħi l-foil u kompli sajjar b’temperatura ta’ 2400C Gas Numru 6.
- Wara l-ewwel ħin jkollok bżonn ixxarrab is-sider bil-likwidu li jkun hemm fid-dixx. Bl-Ingliż dan jissejjaħ basting. Importanti li hawn trid tagħmel attenzjoni kbira biex ma tweġġax. Oħroġ id dixx mill-forn u neħħi l-foil. Ħu kuċċarun jew pipetta kbira li tkun magħmula apposta u biha iġbor il-likwidu u ferrxu fuq is-sider. Jekk hemm bżonn taqqab is-sider b’furketta ħalli l-likwidu jidħol ġewwa. Dan huwa mportanti ħafna biex b’hekk is-sider ma jinxifx u jsir kif suppost.
- Jekk id-dundjan huwa mimli kollu allura jieħu madwar 50 minuta oħra.
- Jekk id-dundjan huwa mimli jew imkebbeb jieħu 40 minuta anqas mit-tabella.
- Meta id-dundjan ikun wasal biex isir neħħi l-foil, għolli t-temperatura u kompli sajjar għal 30 minuta sakemm jieħu kulur dehebi sabiħ.
- Id-dundjan ikun lest meta t-temperatura tad-dundjan tilħaq l-740C.
- B’attenzjoni kbira oħroġ id-dundjan mill-forn. Neħħih mid-dixx u għamlu fuq platt. Kompli sajjar il-gravy skont ir-riċetta.
- Ikun aħjar jekk id-dundjan issajru fl-istess ġurnata li tkun se sservih. Trid tibda ssajjar kmieni. Jekk tagħmel hekk id-dundjan jiġi wisq ktar bnin u b’togħma itjeb u anki bħala dehra jkun isbah. Iżda madankollu jekk ma jkollokx ħin xorta tista’ ssajru minn lejliet.
- Meta tiġi biex tqattgħa u sservi d-dundjan, importanti ħafna li jkollok sikkina tajba. Għati qata mis-sider u oħra mill-koxxa
Biex id-dundjan jkun tabilħaqq bnin trid isservi miegħu gravy tajjeb. Dan iħoll u jorbot jekk isservix dundjan eċċellenti jew inkella dundjan mhux ħażin. Illum il-ġurnata għandek l-għażla li jekk trid tista’ tixtri taħlita tal-gravy lesta gravy mix.
Biex tagħmel dan il-gravy, importanti li d-dixx fejn issajjar id-dundjan ikun magħmul minn materjal li tkun tista tagħmlu fuq in-nar.
Ingredjenti
litru stokk tat-tiġieġ jew tad-dundjan
60g cornflour
jew
gravy mix lest
żewġ imgħaref krema
żewġ grokkijiet vermouth jew sherry
Metodu
- Meta d-dundjan ikun sar, neħħih mid-dixx. Għamel id-dundjan fuq platt kbir.
- Saffi l-likwidu kollu u ħalli l-ħaxix biss. Qiegħed dan id-dixx fuq in-nar u żid litru stokk tat tigieg jew tad-dundjan.
- L-istokk tista tagħmlu billi tagħmel brodu bl-għonq tad-dundjan, jew inkella jekk se tagħmel brodu tista tieħu ftit minnu biex tagħmel l-istokk.
- Wara li tkun żidt l-istokk fuq il-ħaxix li tkun ħallejt fid-dixx, hu mgħarfa tal-injam u biha ħawwad it-taħlita waqt li tniżżel dak il-kannella li jkun imwaħħal mal-ġnub tad-dixx. Dan jgħin biex il-gravy jiġi bnin u aktar maqgħud.
- Meta tara li l-gravy jkun sar neħħi d-dixx minn fuq in-nar.
- B’ħafna attenzjoni saffih u poġġih ġo kazzola nadifa.
- Erġa għamlu fuq nar baxx sakemm jiftaħ jagħli.
- Żid il-vermouth jew sherry u kompli sajjar, filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.
- Ġo skutella żgħira dewweb il-cornflour jew il-gravy mix bi ftit ilma. Żidha mal-istokk.
- Kompli sajjar sakemm jerġa jiftaħ jagħli. Baxxi n-nar u kompli sajjar għal ftit minuti oħra.
- Żid il-krema. Ħawwad tajjeb. Neħħi minn fuq in-nar u saffih.
- Jekk trid tista tlesti l-gravy minn qabel