Torti Żgħar bit-Tamal

NOTA: Tista’ tħejji torta kbira minflok ħafna torti żgħar.

Ingredjenti

800g għaġina ħelwa… skont l-istruzzjonijiet 1 sa 6 tar-riċetta ‘Flan tal-Kiwi u Irkotta’ mogħtija f’dan il-ktieb
400g tamal taċ-ċappa mqatta’ f’biċċiet żgħar
80g ġewż
80g lewż inkaljat u mfarrak f’biċċiet imdaqqsin
qxur ta’ mandolina u larinġa mqattgħin irqaq ħafna
mgħarfa meraq tal-larinġ
lewż sħiħ, nej biex iżżejjen bih
Anisette… skont kemm tiggosta għalkemm mhux anqas minn 2 grokkijiet

Metodu

  • Lesti l-għaġina.
  • Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5.
  • Qiegħed it-tamal ġo kazzola u żid l-imgħarfa meraq tal-larinġ. Poġġi fuq nar baxx ħafna sakemm idub it-tamal. Ħawwad il-ħin kollu.
  • Neħħi minn fuq in-nar. Żid nofs il-ġewż, il-lewż inkaljat u mqatta’ u l-qxur tal-larinġa u mandolina. Ħawwad tajjeb, żid l-Anisette u erġa’ ħawwad.
  • Iftaħ l-għaġina. Segwi l-istruzzjonijiet 8 sa 10 tar-riċetta ‘Flan tal-Kiwi u Irkotta’.
  • Imla l-forma miksija bl-għaġina bil-mili. Illixxa l-wiċċ u żejjen bil-bqija tal-ġewż u l-lewż sħiħ.
  • Jekk ippreparajt torti żgħar, sajjarhom għal madwar 15-20 minuta. Jekk ħejjejt torta kbira, sajjarha għal madwar 35-40 minuta.

Shopping Basket