Torta tas-Salamun

Ingredjenti

800g għaġina għat-torti
750g salamun… tista’ tuża tal-friża
300g kurrat
300g karrotti
200g piżelli
200g faqqiegħ
60g dqiq
½l ilma
bajda mħabbta
tewm… skont kemm tiggosta
nagħniegħ frisk imqatta’ rqiq
żejt taż-żebbuġa
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Lesti l-għaġina.
  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Naddaf is-salamun tajjeb u neħħilu l-ġilda u x-xewk. Qattgħu f’biċċiet żgħar kwadri. Jekk se tuża salamun tal-friża, imxi eżatt mal-istruzzjonijiet miktubin fuq il-pakkett.
  • Qaxxar il-basal u t-tewm u qattagħhom f’biċċiet żgħar. Aħsel il-karrotti, naddafhom u qattagħhom f’biċċiet żgħar. Naddaf il-faqqiegħ u qattgħu f’biċċiet żgħar. Poġġi kollox ġo skutelli separati.
  • Saħħan ftit żejt ġo taġen kbir u fond u qalli l-basal flimkien mat-tewm. Qalli għal ftit ħin sakemm isiru trasparenti. Ħawwad il-ħin kollu għax ma jridux jiskuraw.
  • Baxxi n-nar u żid is-salamun u n-nagħniegħ. Filwaqt li tkompli tħawwad, żid il-bqija tal-ingredjenti. Roxx ftit bżar u melħ u kompli sajjar, fuq nar baxx, għal ftit ħin ieħor. Importanti li ma tfarrakx is-salamun int u tħawwad.
  • Żid madwar ½ litru ilma u kompli sajjar sakemm it-taħlita tibda tbaqbaq. Neħħi minn fuq in-nar u qiegħed it-taħlita ġo dixx tal-ħġieġ baxx biex tiksaħ malajr.
  • Iftaħ l-għaġina. Segwi l-istruzzjonijiet 8 sa 10 tar-riċetta ‘Flan tal-Kiwi u
  • Irkotta’.
  • Poġġi t-taħlita fuq l-għaġina, idlek ix-xfar bi ftit ilma u għatti bil-bqija tal-għaġina. Agħmel ftit xquq fil-wiċċ biex il-fwar ikun jista’ joħroġ u b’hekk l-għaġina ma tirtabx. Jekk trid uża l-bqija tal-għaġina biex tagħmel forom żgħar ta’ ħut u żżejjen il-wiċċ tat-torta bihom (ara r-ritratt).
  • Idlek il-wiċċ tat-torta bil-bajda mħabbta u jekk trid roxx ftit ġulġlien fuqu.
  • Aħmi għal madwar 45-50 minuta jew sakemm l-għaġina tieħu kulur dehbi sabiħ.
Shopping Basket