Ingredjenti
800g għaġina sfoll… skont ir-riċetta ‘Għaġina Sfoll’ mogħtija fil-ktieb ‘Tisjir bil-Għaqal – 1’
800g isdra tat-tiġieġ
200g kurrat
200g bejken
150g dqiq
60g marġerina
600ml stokk tat-tiġieġ
bajda mħabbta
ftit ġulġlien… jekk trid
bżar u melħ
Metodu
- Naddaf il-kurrat u qattgħu f’biċċiet imdaqqsin. Neħħi l-qoxra tal-bejken u qattgħu wkoll f’biċċiet imdaqqsin. Agħmel l-istess bl-isdra tat-tiġieġ.
- Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5.
- Dewweb il-marġerina ġo taġen fond u qalli l-bejken u l-kurrat. Ara li l-kurrat ma jinħaraqx.
- Żid il-biċċiet tat-tiġieġ wara ftit minuti u kompli qalli filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.
- Baxxi n-nar, żid id-dqiq u ħawwad tajjeb. Żid l-istokk ftit, ftit filwaqt li tkompli tħawwad il-ħin kollu.
- Roxx ftit bżar u melħ, erġa’ ħawwad u neħħi t-taġen minn fuq in-nar. Ħalli t-taħlita tiksaħ sew.
- Idlek dixx tat-torti b’dijametru ta’ 23ċm bi FTIT żejt u għaddih ħafif bid-dqiq. Tista’ tiksi l-forma b’karta tal-forn. Jekk se tagħmel hekk, xarrab ftit il-karta tal-forn u agħsarha tajjeb qabel. B’hekk, din tibqa’ f’postha meta tpoġġi l-għaġina fuqha.
- Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina, iftaħ nofs l-għaġina u iksi d-dixx tat-torti biha. Imla l-għaġina bit-taħlita KIESĦA.
- Irranġa x-xfar tat-torta u idlek bil-bajda mħabbta.
- Iftaħ in-nofs l-ieħor tal-għaġina u iksi l-wiċċ biha.
- Neħħi l-għaġina żejda li jkun hemm fil-ġnub u idlek il-wiċċ tat-torta bil-bajda mħabbta. Roxx ftit ġulġlien fuqu.
- Agħmel disinn fix-xfar tat-torta b’furketta. Bl-istess furketta, taqqab il-wiċċ ħalli joħroġ il-fwar.
- Sajjar fil-forn għal madwar 30-40 minuta.
- Ħalli t-torta tiksaħ sew qabel toħroġha mill-forma.
- Servi flimkien ma’ xi ħaxix mgħolli jew insalata.
Nota: Tista’ żżid 200g faqqiegħ mat-tiġieġ; dejjem jekk tiggosta.