Ingredjenti
250g mascarpone
120g zokkor
16g gallettini tat-tip Savoiardi jew Ladies Fingers
300ml kafè qawwi200ml krema friska jew UHT4 isfra tal-bajd
4 mgħaref ilma
likur tal-kafè
trab taċ-ċikkulata skura
Metodu
- Għalli 300ml ilma, ferrgħu f’buqar u żid 3 mgħaref kafè miegħu. Ħawwad tajjeb sakemm idub il-kafè u mbagħad ferra’ t-taħlita ġo dixx tawwali u baxx biex tiksaħ.
- Qiegħed il-krema friska u l-mascarpone ġo skutella kbira. Ħabbat tajjeb b’hand beater tal-elettriku sakemm it-taħlita tiġi ħafifa.
- Qiegħed l-4 mgħaref ilma ġo kazzola u żid iz-zokkor. Ħawwad tajjeb u poġġi fuq in-nar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.
- Neħħi minn fuq in-nar u ferra’ t-taħlita ġo skutella nadifa. Żid l-isfar tal-bajd u ħabbat tajjeb b’hand beater tal-elettriku sakemm it-taħlita tiksaħ.
- Żid din it-taħlita ftit, ftit fuq it-taħlita tal-mascarpone filwaqt li tkompli tħawwad bil-beater tal-elettriku. Żid il-likur tal-kafè u kompli ħabbat sakemm ikollok taħlita ħafifa ħafna.
- Iksi l-qiegħ u l-ġnub ta’ forma minn dawk taċ-ċinturin (springform tin) bl-istretch and seal. Ħalli ftit minnha mdendla mal-ġnub tal-forma.
- Xarrab il-gallettini bil-kafè. Ixxarrabhomx ħafna għax jitfarrku. Poġġihom waħda ħdejn l-oħra fil-qiegħ tal-forma (ara r-ritratt).
- Agħmel ftit krema fuqhom. Erġa’ agħmel saff ieħor gallettini; din id-darba qiegħed dan is-saff bil-kontra ta’ dak ta’ qablu. Erġa’ għatti bil-krema.
- Kompli ibni din id-deżerta b’dan il-mod. Spiċċa bil-krema, illixxa l-wiċċ u għatti bl-istretch and seal.
- Qiegħed fil-friġġ għal mhux anqas minn 5 sigħat. Aktar ma tħalliha aktar il-krema tibbies u tkun faċli biex taqtagħha.
- Servi kiesħa ħafna bi ftit trab taċ-ċikkulata skura mferrex fil-wiċċ.