Din ir-riċetta hi l-verżjoni Maltija tal-gateau. Biex ikollok l-aħjar riżultat għandek tibni dan is-suflé ġewwa forma tal-kejk bil-molla (tin spring form). Għal din ir-riċetta trid tuża bilfors butir ħelu inkella ma jkollokx ir-riżultat mixtieq.
Ingredjenti
panidispanja… skont ir-riċetta ‘Panidispanja’
1.2 l ħalib… mifrud f’żewġ skutelli ta’ 600ml kull waħda
150g zokkor
30g trab tal-custard
30g cornflour
30g drinking chocolate
likur tal-gosti tiegħek
Ingredjenti għat-Tiżjin
200g butir bla melħ… ma jridx ikun kiesaħ mill-friġġ
200g icing sugar
4 mgħaref krema friska
ċirasa ħamra konfettura
lewż inkaljat
essenza tal-vanilja
Metodu
- Lesti l-panidispanja u qattagħha fi 3 forom tondi u ftit strixxi twal. Il-qatgħat iridu jkunu rqaq.
- Qiegħed biċċa panidispanja tonda fil-qiegħ tal-forma u dawwar il-ġnub bl-istrixxi. Roxx ftit likur fuq il-panidispanja.
- Ferra’ 2 mgħaref mill-ewwel 600ml ħalib ġo skutella żgħira. Qiegħed il-bqija tal-ħalib ġo kazzola flimkien mal-75g zokkor. Poġġi l-kazzola fuq nar moderat sakemm il-ħalib jiftaħ jagħli.
- Waqt li l-ħalib ikun qed jisħon, żid it-trab tal-custard maż-żewġ mgħaref ħalib u ħawwad tajjeb sakemm iddub il-custard.
- Baxxi ħafna n-nar eżatt malli l-ħalib jiftaħ jagħli. Żid il-custard imdewba u ħawwad tajjeb. Għolli ftit in-nar u kompli sajjar għal madwar 5 minuti. Ibqa’ ħawwad il-ħin kollu. Neħħi minn fuq in-nar.
- Ferra’ l-krema fuq il-panidispanja u għatti b’biċċa panidispanja oħra. Erġa’ xarrab bi ftit likur.
- Ferra’ 2 mgħaref mit-tieni 600ml ħalib ġo skutella żgħira. Żid il-cornflour u ħawwad tajjeb sakemm idub il-cornflour.
- Qiegħed il-bqija tal-ħalib ġo kazzola. Żid iz-zokkor u d-drinking chocolate u poġġi l-kazzola fuq nar moderat sakemm il-ħalib jiftaħ jagħli.
- Baxxi ħafna n-nar eżatt malli l-ħalib jiftaħ jagħli. Żid il-cornflour imdewweb u ħawwad tajjeb. Ġħolli ftit in-nar u kompli sajjar għal ftit minuti oħra. Ibqa’ ħawwad il-ħin kollu. Neħħi minn fuq in-nar.
- Ferra’ l-krema taċ-ċikkulata fuq il-panidispanja. Għatti bl-aħħar biċċa ta’ panidispanja. Għatti l-forma b’karta oljata u poġġiha fil-ġenb biex tiksaħ.
- Xarrab bi ftit likur meta s-suflè jkun kesaħ għal kollox. Sadanittant, ipprepara l-krema għall-wiċċ.
- Għarbel l-icing sugar ġo skutella. Żid il-butir, il-krema friska u l-essenza tal-vanilja miegħu. Importanti li tħabbat tajjeb b’beater tal-elettriku biex ikollok riżultat tajjeb.
- Aqsam iċ-ċirasa min-nofs u qatta’ l-lewż f’biċċiet imdaqqsin.
- Bil-mod ĦAFNA u bil-galbu neħħi s-suflé mill-forma u poġġih fuq platt li jkun kbir u ċattgħal kollox.
- Iksi bil-krema. Imla piping bag bil-krema u agħmel forom tondi mad-dawra kollha.
- Żejjen bil-biċċiet taċ-ċirasa u lewż. Jekk tiggosta tista’ tħokk ftit ċikkulata fil-wiċċ.