Log tal-Milied

Ingredjenti

300g bajd
225g zokkor
120g dqiq plain 00
30g trab taċ-ċikkulata skura
15g gliċerina

Metodu

  • Biex tagħmel din il-pandispanja trid tuża jew hand beater tal-elettriku jew inkella l-mixer. Dan għaliex b’idejk qatt ma hu se jirnexxilek tħabbat tajjeb il-bajd flimkien maz-zokkor.
  • Qiegħed il-bajd u z-zokkor fl-iskutella tal-mixer u ħaddem għal madwar 10 minuti fuq l-akatar speed għoli. It-taħlita trid tiġi bajda u maqgħuda qisha krema.
  • Żid il-gliċerina u erġa ħaddem għal 5 sekondi. Neħħi t-taħlita mill-iskutella tal-mixer u għamilha f’waħda nadifa.
  • Ixgħel il-forn 2380C, Gas Numru 8-9.
  • Iksi pjanċa tal-forn bil-karta tal-forn.
  • Għarbel id-dqiq flimkien mat-trab taċ-ċikkulata. Żid terz minnu mat-taħlita filwaqt li tħawwad il-ħin kollu b’imgħarfa tal-injam.
  • Ftit, ftit kompli żid il-bqija tad-dqiq. Tinsiex li trid tħawwad il-ħin kollu. IMPORTANTI: QATT ma trid titfa d-dqiq kollu f’daqqa.
  • Ferra t-taħlita fil-pjanċa. Ftakar li ma tridx tagħilha għolja, għaliex inkella meta tiġi biex iddawwarha din tinkiser. L-għoli tagħha irid ikun kullimkien l-istess.
  • Sajjar għal madwar 4-5 minuti MHUX AKTAR għax inkella tinqasam.
  • Neħħiha mill-forn u wara żewġ minuti neħħiha mill-pjanċa u poġġiha wiċċha l-isfel, mingħajar ma tneħħi l-karta, fuq xi 3 jew 4 srievet kbar tad-drapp. Trid tagħmel hekk biex il-fwar li joħroġ minnha jibqa magħha u b’hekk tiġi aktar ratba. Fuq il-karta għamel xi żewġ srievet oħra.
  • Meta tkun kesħet sew u mhux qabel qaxxar il-karta minn magħha.
  • Idlika bil-krema u kebbibha. Ma tridx teżaġera bil-krema għax inkella tispiċċa li tibda ħierġa minn kullimkien. Ġeżwer ġo karta oljata u poġġiha fil-friġġ għal mhux anqas minn siegħa.
  • Meta toħroġha mill-friġġ iksiha kollha bil-krema. Ħu furketta u biha għamel sinjali mat-tul kollu biex tieħu d-dehra ta’ zokk tas-siġar.
Shopping Basket