Ingredjenti
600ml ħalib
100g zokkor
50g cornflour
2 isfra tal bajd
essenza tal-vanilla
Metodu
- F’ kazzola poġġi l-ħalib flimkien maz-zokkor u l-essenza tal-vanilla. Qiegħed fuq nar moderat.
- F’ bieqja poġġi l-isfar tal- bajd u żid ftit ħalib. Żid il-cornflour u ħawwad tajjeb sakemm din tinħall.
- Meta t-taħlita tal-ħalib tibda tagħli, baxxi n-nar u bil-mod ibda żid il-cornflour filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Triq tagħmel ħafna attenzjoni biex il-krema tiġi lixxa – dik lib l-Ingliż tissejjaħ ‘smooth’.
- Poġġi din il-krema ġo l-forma ta’ l-għaġina msajra. Trid tħalli l-krema tiksaħ għal kollox qabel ma tqiegħed il-frott fil-wiċċ.
NOTA: Jekk trid tagħmel krema taċ-ċikkulata żid 40g trab taċ-ċikkulata -cocoa powder.