Nota: Għal din ir-riċetta aħjar jintużaw il-folji tal-ġelatina minflok dik trab.
Ingredjenti
4 folji ġelatina
250ml ħalib
250ml krema friska
25g zokkor
essenza tal-vanilja
Metodu
Xarrab il-folji tal-ġelatina ġo skutella mimlija b’ħafna ilma.
Qiegħed il-ħalib, il-krema, iz-zokkor u l-essenza tal-vanilja ġo kazzola. Qiegħed fuq nar moderat sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.
Neħħi l-kazzola minn fuq in-nar. Żid il-ġelatina mxarrba mat-taħlita u ħawwad tajjeb.
Ferra’ din it-taħlita ġo ramekins jew dixxijiet żgħar. Malli jiksħu, poġġihom fil-friġġ biex it-taħlita tagħqad.
Ingredjenti għaz-Zalza tal-Frawli
350g frawli
170g ilma
150g zokkor
ftit xorb abjad… tużahx jekk se sserviha lit-tfal
weraq tan-nagħniegħ
Metodu
- Aħsel u naddaf tajjeb il-frawli.
- Qiegħed l-ilma u z-zokkor ġo kazzola u poġġi fuq nar moderat sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Baxxi ħafna n-nar u ħalliha ttektek għal madwar 8 minuti.
- Żid nofs il-frawli. Ħawwad tajjeb u neħħi l-kazzola minn fuq in-nar. Itħan tajjeb b’hand blender tal-elettriku. Żid il-bqija tal-frawli u x-xorb u ħawwad tajjeb b’mgħarfa.
- Neħħi l-pannacotta mill-forom u poġġihom fuq platt ċatt. Ferra’ z-zalza tal-frawli fuqhom u żejjen bil-weraq tan-nagħniegħ.