KEJK TAN NANNA

Dan huwa tip ta kejk li kien ferm popolari fl-antik. Tista tghid li kien kejk li kien issajjar kullhadd. Tajjeb……ippruvah

Ingredjenti

400g dqiq self raising
250g margarine
200g zokkor
4 bajd
qoxra ta lumija
vanilla
zewg imgharef zejt komuni

Metodu

  • Gharbel id dqiq.
  • Haddem sewwa l-margarine u zokkor sa kemm issiru qishom krema bajda.
  • Zid il vanilla u hafna qoxra tal lumija
  • Zid il bajd wahda wahda u wara ddqiq.Zid iz zejt
  • Haddem sewwa sa kemm kollox ikun integrat.
  • Idlek forma bil margarine u roxx ftit dqiq. L-antiki kienu juzaw borma forn.
  • Ghal ahjar rizultat jew issajar go form bit toqba fin nofs (ciambella) jew loaf tin. Kemm tista evita kejk tond.
  • Sajjar ghal madwar 50 minuta temperatura 180
Shopping Basket