Ingredjenti
420g dqiq plain
180g marġerina
112g ilma
ftit melħ
Metodu
- Għarbel id-dqiq ġo skutella.
- Żid il-marġerina u ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel. Żid il-melħ u ħawwad.
- Żid l-ilma ftit, ftit u agħġen f’għaġina. Importanti ħafna li ma żżidx l-ilma f’daqqa għax jista’ jkun li jkollok bżonn anqas mill-ammont indikat. Kemm se tuża ilma jiddependi kemm mid-dqiq kif ukoll mis-sħana li jkun hemm fil-kċina int u tagħmel l-għaġina.
- Għatti l-għaġina bl-istretch and seal u ħalliha toqgħod għal mhux anqas minn siegħa. Jekk tkun ħafna sħana, jew il-kċina tkun sħuna, qiegħed l-għaġina fil-friġġ.
- Tista’ tħejji l-għaġina minn ġurnata qabel u tħalliha fil-friġġ.
- Segwi l-istruzzjonijiet 8 sa 10 tar-riċetta ‘Għaġina Ħelwa’ biex tiftaħ l-għaġina u tiksi d-dixx tat-torta biha.