Għaġina Choux (helu)

Ingredjenti

240g bajd… jew anqas
120g dqiq plain
60g butir
5g zokkor
150ml ilma

Metodu

  • Qiegħed il-butir, l-ilma u z-zokkor ġo kazzola. Poġġi fuq nar moderat sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli, imbagħad neħħi minn fuq in-nar.
  • Għarbel id-dqiq u żidu ftit, ftit ma’ din it-taħlita. Uża spatula biex tħawwad tajjeb waqt li tkun qed iżżid id-dqiq.
  • Erġa’ qiegħed il-kazzola fuq nar li jvarja minn baxx għal moderat u kompli ħawwad sakemm it-taħlita ma tibqax tmiss mal-ġnub tal-kazzola.
  • Neħħi t-taħlita minn fuq in-nar u ħalliha tiksaħ.
  • Meta t-taħlita tkun kesħet sew, żid il-bajd ftit, ftit. Ħabbat il-bajd tajjeb fit-taħlita sakemm din tiġi lixxa.
  • Ftakar li t-taħlita ma tridx tiġi ratba ħafna. Din trid iżżomm il-forma tagħha meta tagħmilha fil-piping bag.
Shopping Basket