Doughnuts

Jekk tinsab fuq dieta, żgur li din ir-riċetta ma tgħoddx għalikJ Biex tevita l-kaloriji li jkompli jtella’ l-qali f’ħafna żejt, tista’ ssajjar id-doughnuts fil-forn. Din il-verżjoni titlob l-użu ta’ riċetta li mhix dik mogħtija hawn taħt.

Nota: Dejjem uża butir mingħajr melħ għar-riċetti tal-ħelu bil-ħmira. Qatt tuża marġerina.

Ingredjenti

450g dqiq plain
300g ħalib fietel
175g zokkor
50g butir
bajda mħabbta… importanti li ma tkunx kiesħa mill-friġġ
mgħarfa ħmira instant yeast
kuċċarina melħ
ftit trab tal-kannella
żejt għall-qali

Metodu

  • Qiegħed il-ħalib fietel ġo skutella. Żid kuċċarina zokkor, il-ħmira u 50g mid-dqiq miegħu u ħawwad tajjeb. Għatti bl-istretch and seal u poġġi t-taħlita f’post sħun biex titla’.
  • Għarbel il-bqija tad-dqiq ġo skutella kbira. Żid il-butir u ħaddem sakemm it-taħlita tiġi qisha frak. Żid il-melħ, 50g zokkor u ftit trab tal-kannella u ħawwad tajjeb.
  • Żid it-taħlita tal-ħmira u l-bajda mħabbta. Ħaddem tajjeb għal mhux anqas minn 10 minuti sakemm tifforma għaġina li tkun ratba u elastika.
  • Erġa’ qiegħed l-għaġina fl-iskutella. Għattiha bl-istrech and seal u ħalliha f’post sħun għal madwar siegħa, jew sakemm tara li telgħet id-doppju fid-daqs.
  • Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina, neħħi l-għaġina mill-iskutella u ħaddimha għal 5 minuti.
  • Jekk se tagħmel id-doughnuts fl-għamla ta’ ċrieki, iftaħ l-għaġina bil-lembuba. L-għaġina ma tridx tkun irqiqa.
  • Ifforma d-doughnuts. Ikun aħjar jekk ikollok cutter bil-forma tal-qagħaq. Jekk m’għandekx, uża żewġ cutters: waħda kbira u l-oħra żgħira. L-ewwel aqta’ dawra bil-cutter il-kbira u mbagħad neħħi n-nofs b’dik żgħira.
  • Jekk tippreferihom fil-forma tradizzjonali tagħhom, qishom blalen żgħar, aqsam l-għaġina fi 12-il ballun żgħir.
  • Qiegħed id-doughnuts fuq pjanċa midluka biż-żejt. Poġġihom ’il bogħod minn xulxin biex ma jeħlux meta jikbru. Qiegħed id-dixx f’post sħun għal 20 minuta biex jikbru.
  • Saħħan iż-żejt tajjeb. Biex tkun taf jekk saħanx biżżejjed, agħmel biċċa ħobż żgħira fiż-żejt. Din għandha tieħu kulur dehbi fi 30 sekonda.
  • Bil-mod u bil-galbu ibda aqli għal 3 minuti. B’ħafna attenzjoni dawwar id-doughnuts u kompli aqli min-naħa l-oħra.
  • IMPORTANTI ĦAFNA: Ftakar li ż-żejt ikun jagħli! QATT U QATT tħalli l- kazzola fuq in-nar u titlaq! QATT U QATT tħalli t-tfal ħdejk int u taqli!
  • Tella’ d-doughnuts miż-żejt, qattarhom tajjeb u poġġihom fuq karta tal-kċina sakemm
  • jinxtorob iż-żejt kollu.
  • Ferrex il-bqija taz-zokkor fuq platt ċatt. Gerbeb id-doughnuts ġo fih kif ikunu għadhom
  • sħan.
  • Jekk għamilthom f’forma ta’ ballun, tista’ taqsamhom u timlihom bil-ġamm jew krema
  • wara li jkunu kesħu.
Shopping Basket