Ingredjenti Għall-Cupcakes
210g dqiq self-raising
150g bajd
128g zokkor
120g marġerina
qoxra ta’ lumija maħkuka
ftit essenza tal-vanilja
Għall-Ixkuma
200g zokkor caster (jew castor)
100g abjad tal-bajd
½ kuċċarina cream of tartar
Metodu
- Qiegħed il-marġerina u z-zokkor ġo skutella u ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita tiġi bajdanija u kremuża. Tista’ tuża beater tal-elettriku.
- Żid l-essenza tal-vanilja u l-qoxra tal-lumija maħkuka u erġa’ ħawwad.
- Ixgħel il-forn 2000C, gass numru 6. Qiegħed forom tal-fojl tal-cupcakes fuq dixx tal-forn.
- Ofsoq il-bajd waħda, waħda. Żidhom mat-taħlita u ħawwad tajjeb.
- Għarbel id-dqiq u żidu ftit, ftit mat-taħlita filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.
- Żid mgħarfa ħalib jekk tara li t-taħlita hi xi ftit xotta.
- Imla tliet kwarti minn kull forma b’din it-taħlita. Aħmi fil-forn għal madwar 15-20 minuta.
- Ħalli l-cupcakes jiksħu tajjeb.
- Ixgħel il-forn 2000C, gass numru 6.
- Agħmel l-abjad tal-bajd fi skutella u ħabbtu sakemm jogħla sew. Żid 100g zokkor u l-cream of tartar u kompli ħawwad.
- Żid il-bqija taz-zokkor u kompli ħawwad sakemm tikseb xkuma tajba.
- Daħħal ġol-forn jaħraq sakemm l-ixkuma tieħu kulur dehbi. Tista’ tuża blowlamp apposta għall-ħelu, dejjem jekk għandek, minflok iddaħħalhom fil-forn.
Nota: Jekk trid li jkollok cupcakes differenti tista’ żżid xi wieħed minn dawn l-ingredjenti:
ċirasa, konfettura, sultana jew chocolate chips. Tista’ tagħmilhom taċ-ċikkulata billi tneħħi 25g dqiq u minfloku tagħmel 25g trab taċ-ċikkulata.