Ingredjenti
600 ml ħalib (full cream)
3 bajdiet
45g ġelatina trab
jew
10 folji ġelatina
150g zokkor
600 ml krema friska jew tal-pakett
Metodu
Qiegħed il-ħalib ġo kazzola u għamlu fuq in-nar sakemm jiftaħ jagħli. Meta jagħli neħħi minn fuq in-nar.
Ġo skutella ħaddem sewwa l-isfar tal-bajd u z-zokkor sakemm it-taħlita tiġi qisha krema.
Żid il-ħalib fuq it-taħlita ta’ bajd u zokkor. Ħawwad tajjeb biex l-ingredjenti kollha jitħalltu sewwa.
Qiegħed din it-taħlita ġo kazzola nadifa u poġġiha fuq in-nar baxx. Din it-taħlita ma tridx tagħli, iżda kemm tisħon. Sakemm it-taħlita tisħon trid tħawwad il-ħin kollu b’imgħarfa tal-injam.
Żid il-ġelatina filwaqt li tkompli tħawwad il-ħin kollu.
Jekk se tuża il-folji tal-ġelatina trid tagħmilhom ġo tazza bl-ilma sakemm jirtabu, u wara żżidhom mal-ħalib.
Meta tara li t-taħlita saħnet u l-ġelatina tħalltet tajjeb, neħħiha minn fuq in-nar u saffiha ġo skutella. Ħalliha tiksaħ.
Sakemm din tiksaħ qiegħed il-krema ġo skutella u ħaddimha tajjeb.
Ġo skutella nadifa qiegħed l-abjad tal-bajd u ħaddmu tajjeb sakemm jiġu xkuma.
Ma’ din l-ixkuma żid nofs il-krema flimkien mat-taħlita tal-ġelatina. Ħawwad tajjeb sakemm it-taħlita itġi ħaġa waħda.
Kif tibni c-Charlotte Bavaroise
Ingredjenti
krema li tkun għaddk kemm għamilt
swiss roll
ġamm tal-berquq
Metodu
- Iksi skutella mdaqqsa bl-istretch and seal u ħalli ftit imdendla mal-ġnub biex tneħħiha mingħajr ma titħabat.
- Aqta s-swiss roll fi slices imdaqsin u dawwarhom ma l-iskutella. Trid tħalli ftit slices għal wiċċ Trid tagħmel attenzjoni biex ma jkunx hemm spazju bejn slice u ieħor.
- Imla bil-krema li tkun għamilt. Trid timliha sa fuq.
- Iksi l-wiċċ bil-bqija tas-swiss roll.
- Għamilha fil-friġġ għal mhux anqas mil-lejl. Għalhekk tkun ħaġa tajba jekk tagħmilha lejliet li tkun se sserviha.
- Għamel ftit ġamm tal-berquq ġo skutella żgħira. Żid ftit ilma u ħawwad tajjeb sakemm il-ġamm idub.
- Oħroġ ic-Charlotte mill-iskutella u poġġiha fuq platt ċatt kbir. Neħħi l-istretch and seal.
- Idlek il-wiċċ bil-ġamm imdewweb biex b’hekk jiġi jleqq.
- Żejjen ix-xfarijiet bil-krema friska.