Cheesecake tal-Lumi

Ingredjenti għall-Qiegħ

250g gallettini tat-tip Digestive
50g butir imdewweb

Għall-Mili

350g irkotta
350ml krema… tista’ tkun kemm friska kif ukoll tal-pakkett
150ml ħalib
100g zokkor
3 folji ġelatina
isfar ta’ bajda
abjad ta’ bajda
qoxra ta’ lumija maħkuka
meraq ta’ lumija
glaze

Metodu

  • Iksi l-qiegħ ta’ forma taċ-ċinturin (springform tin) ta’ daqs 20ċm bil-karta tal-forn.
  • Farrak il-gallettini u poġġihom ġo skutella. Żid l-imgħarfa butir u ħaddem tajjeb.
  • Qiegħed din it-taħlita fil-qiegħ tal-forma. Agħfas tajjeb ’l isfel biex il-qiegħ jiġi qisu għaġina. Poġġi l-forma fil-friġġ biex il-qiegħ ikompli jagħqad.
  • Qiegħed iz-zokkor, il-ħalib, il-meraq u l-qoxra tal-lumija, l-isfar tal-bajda u l-ġelatina ġo liquidiser u ħaddem tajjeb.
  • Ferra’ din it-taħlita ġo kazzola u poġġiha fuq nar bati ħafna għal ftit minuti. Ħawwad il-ħin kollu u ara li t-taħlita ma tagħlix.
  • Qiegħed il-krema ġo skutella u ħaddimha tajjeb.
  • Qiegħed l-irkotta fl-isktuella tal-mixer u ħaddimha tajjeb. Żid it-taħlita tal-kazzola u kompli ħaddem tajjeb. Qiegħed din it-taħlita fil-friġġ għal madwar 20 minuta.
  • Sadanittant, tella’ l-abjad tal-bajd fi xkuma wieqfa.
  • Żid l-ixkuma mat-taħlita li għandek fil-friġġ. L-ixkuma tgħin biex it-taħlita tiġi ħafifa. Ħallat b’attenzjoni permezz ta’ mgħarfa. Dejjem ħallat minn isfel għal fuq.
  • Qiegħed din it-taħlita fuq il-gallettini. Illixxa l-wiċċ u erġa’ daħħal fil-friġġ. Aktar ma tħalli ċ-cheesecake tal-lumi fil-friġġ aktar se tagħqad u ttiegħem aħjar.
  • Żejjen il-wiċċ bil-glaze, qoxra ta’ lumija u jekk trid xi krema u weraq tan-nagħniegħ.
Shopping Basket