Cassata Siciliana

Ingredjenti għal Cassata ta’ daqs 30ċm

panedispanja msajra
600g irkotta
200g zokkor
200g konfettura
ċirasa konfettura ħamra
ftit krema friska
ġamm tal-berquq
ftit cornflour
Maraschino
pasta rjali ħadra
ċikkulata jew royal icing

Metodu

  • Iksi forma minn dawk taċ-ċinturin (springform tin) b’dijametru ta’ 30ċm bl-istretch and seal. Din it-tip ta’ forma tgħinek meta tiġi biex tneħħi l-cassata u tpoġġiha fuq platt.
  • Aqta’ biċċa panedispanja d-daqs tal-forma u poġġiha fil-qiegħ tagħha. Aqtagħha rqiqa. Dawwar il-ġnub tal-forma b’biċċa panedispanja oħra.
  • Neħħi kemm tista’ zokkor minn mal-konfettura jew naqqas mill-piz taz-zokkor minflok.
  • Qiegħed l-irkotta ġo skutella u għaffiġha tajjeb sakemm tiġi qisha krema. Żid iz-zokkor, ix-xorb u ftit krema friska. Kompli ħaddem sakemm it-taħlita tiġi ħaġa waħda.
  • Żid il-konfettura mat-taħlita tal-irkotta u erġa’ ħawwad.
  • Xarrab il-panedispanja li hemm fil-forma bi ftit xorb. Qiegħed it-taħlita tal-irkotta fuqha.
  • Erġa’ aqta’ biċċa panedispanja oħra d-daqs tal-forma u poġġiha fuq l-irkotta. Bil-mod agħfas ftit ’l isfel. Xarrab il-wiċċ bix-xorb.
  • Poġġi l-cassata fil-friġġ għal mhux anqas minn sagħtejn.
  • Neħħi l-cassata mill-forma u poġġiha fuq platt ċatt. Idlikha bil-ġamm tal-berquq.
  • Roxx FTIT cornflour fuq il-mejda u iftaħ il-pasta rjali. Iksi l-cassata biha. Aqta’ ż-żejjed li jkun hemm mal-ġnub u b’pinzell tal-kċina farfar il-cornflour li jista’ jkun hemm fil-wiċċ. Tista’ tħalliha miksija bil-pasta rjali jew tiksiha bin-naspru (fondant) abjad.
  • Żejjen bir-royal icing jew biċ-ċikkulata u biċ-ċirasa ħamra.
Shopping Basket