Ingredjenti
għaġina ħelwa
600g irkotta
500ml krema tal-mili
120 konfettura
60g ċirasa ħamra
60g lewż imqaxxar sħiħ
60g prinjoli
50g ġellewż
130g zokkor
qoxra maħkuka ta’ lummija
ftit krema friska
2 bajdiet
essenza tal-vanilla
Metodu
- Iftaħ l-għaġina u biha iksi forma tat-torta.
- Qiegħed il-lewż u l-ġellewż fuq pjanċa tal-forn u inkalja. Iridu jjbiddlu ftit il-kulur, imma mhux li jiswiedu għax inkella jiġi togħma morra. Meta jiksħu sewwa kisser f’biċċiet kbar. Inkalja wkoll il-prinjoli, iżda ma tridx tafarrakhom.
- Qiegħed l-irkotta ġo bieqja. Magħħa żid il-krema tal-mili, nofs il-krema friska, iz-zokkor u l-bajd. Ħawwad sewwa sabiex it-taħlita tiġi lixxa.
- Zid ftit essenza tal-vanilla u l-qoxra maħkuka ta’ lummija. Żid ukoll il-lewż, il-prinjoli, iċ-ċirasa u l-konfettura.
- Ħaddem bil-mod sakemm l-ingredjenti kollha jkun tħalltu tajjeb, u saru ħaġa waħda.
- Imla l-forma ta’ l-għaġina b’ din it-taħlita.
- Sajjar fil-forn 1800C, Gas numru 4-5 għal madwar 45-50 minuta.
- Servi kiesħa u żejjen il-wiċċ bil-qxur tal-lumi.