Ingredjenti
Għaġina ħelwa taċ-ċikkulata
430g dqiq plain
300g margarine
120g zokkor
50g trab taċ-ċikkulata
2 bajdiet
Għall Mili
150g frak ta’ kejk
120g margarine
120g zokkor
120 bajd
40g chocolate chips
50 g trab taċ-ċikkulata skura
Għall kisi
container mascarpone (ġobon artab)
80g ċikkulata skura (tat-tidwib)
container krema friska
50g zokkor
liqueur taċ-ċikkulata jew rum iswed
Metodu
- Ġo skutella għarbel id-dqiq u t-trab taċ-ċikkulata. Trid tgħarbilhom għal aktar minn darba. Int u tgħarbel trid iżżomm il-passatur kemm tista ‘l fuq. Din biex iddaħħal kemm tista arja, int u tgħarbel.
- Żid il-margarine. Jekk se tuża l-mixer, biex tagħmel l-għaġina; allura trid tuża l-ganċ. Tista tagħmel din l-għaġina b’ idejk.
- Ħaddem sewwa bejn idejk il-margarine u d-dqiq, sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel safrani. Ma tridx tibqa tidher il-margarine.
- Ġo bieqja żgħira ħallat il-bajda flimkien maz-zokkor. Ħallat sew. Żid din it-taħlita ma’ dik tad-dqiq u margarine. Ħallat sew u għaqqad biex itfforma għaġina. Hija mportanti ħafna li tħaddem biss għal ftit minuti.
- Jekk tkun qed tuża l-mixer naddaf tajjeb il-ganċ. Ifforma l-għaġina f’ forma ta’ ballun. Ma tridx iżżid dqiq. Poġġi l-għaġina f’ bieqja u għatti tajjeb b’ sarvetta mxarrba.
- Jekk qed tagħmel l-għaġina b’idejk; neħħi l-għaġina kollha li jkollok mas-swaba. Ifforma l-għaġina f’ forma ta’ ballun. Ma tridx iżżid dqiq. Poġġi l-għaġina f’ bieqja u għatti tajjeb b’ sarvetta mxarrba.
- Trid tħalli l-għaġina toqgħod mil-lanqas għal siegħa. Jekk ikollok il-kċina sħuna; allura trid tpoġġiha fil-fridge.
Kif tipprepara t-torta
- Idlek forma tat-torti bi ftit margarine u roxx ftit dqiq.
- Ġo bieqja poġġi l-margarine u z-zokkor. Ħaddem tajjeb, jekk tista uża hand beater tal-elettriku.
- Ma’ din it-taħlita żid il-bajd, it-trab taċ-ċikkulata, ic-chocate chips u l-frak tal kejk. Ħawwad tajjeb.
- B’din it-taħlita imla l-forma san-nofs.
- Sajjar fil-forn b’ temperatura 1800C Gas Numru 4-5 għal madwar 40 minuta.
- Neħħi mill-forma u ħalliha tiksaħ sewwa.
- Meta tkun żgur li t-torta hija kiesħa, xarrab tajjeb il-wiċċ b’xi liqueur taċ-ċikkulata jew bir-rum iswed.
- Ġo bieqja poġġi l-mascarpone flimkien maz-zokkor u l-krema.
- Dewweb iċ-ċikkulata “banju maria” u żidha mat-taħlita tal-mascarpone.
- Iksi l-wiċċ tat-torta b’din it taħlita. Kessaħ tajjeb għal madwar 4 siegħat.
- Żejjen il-wiċċ b’ħafna tipi ta’ ċikkulatini. Tista tħallihom bil-karta li jkunu mgeżwra biha, biex jagħtu aktar kulur lit-torta.
- Roxx ftit trab taċ-ċikkulata fil-wiċċ.