Ingredjenti
Għall-għaġina
350g dqiq ‘plain’
3 bajdiet mħabbtin
żewġ mgħaref żejt taż-żebbuġa
melħ
Għall-mili
700g irkotta
container mascarpone jew 2 ġbejniet friski
300g spinaċi msajra
bżar
noċimuskata maħkuka friska
200g mozzarella mqatta
60g ġobon maħkuk
bajda mħabbta
Metodu
- Ġo bieqja kbira għarbel id-dqiq. Żid il-melħ, bajd u żejt. Ħallat l-ingredjenti kollha u ibda għaġen sewwa sakemm l-għaġina tiġi lixxa (smooth).
- Gerbeb l-għaġina fl-istretch and seal u ħalliha toqgħod għal madwar siegħa.
- Sakemm l-għaġina toqgħod ibda għamel it-taħlita tal-mili.
- Għalli l-ispinaċi u qattarha tajjeb.
- Poġġi l-irkotta ġo bieqja kbira u għaffiġha tajjeb. Żid il-mascarpone jew il-ġbejniet, il-mozzarella,il-bajda mħabbta, ġobon maħkuk, in-noċimuskata maħkuka u l-bżar. Ħallat tajjeb flimkien.
- Qatta l-ispinaċi f’biċċiet żgħar u żidha mat-taħlita tal-irkotta. Ħawwad tajjeb biex it-taħlita tiġi ħaġa waħda.
- Iftaħ l-għaġina rqiqa kemm tista. Fuq l-għaġina ferrex t-taħlita tal-irkotta. Ma tridx twassal it-taħlita sax-xifer, għax inkella meta tgerbeb it-taħlita toħroġ.
- Bil-mod u bil-galbu ibda kebbeb l-għaġina qisek se tagħmel swiss roll. Int u ddawwar l-għaġina trid tissikka kemm tista. Meta tkun gerbibt l-għaġina kollha iksiha bl-istretch and seal. Trid tiksiha għal xi 3 darbiet. Għorbot tajjeb ix-xfarijiet.
- Imla kazzola kbira bl-ilma u qegħda fuq in-nar. Meta l-ilma jiftaħ jagħli għalli dan ir-roll għal madwar siegħa u nofs. L-ilma jrid dejjem jibqa jagħli.
- Meta ssir neħħi mill-ilma, qattarha u neħħi l-istretch and seal. Aqta fi-slices u servi b’xi zalza li tiggosta.