Ingredjenti
1kg karrotti
300g kurrat
120g bejken
60g marġerina
1,2 litri stokk… dan għandu jkun magħmul mill-ġwienaħ u l-għonq tad-dundjan għal dik it-togħma tassew speċjali
½ vażett krema friska
melħ u bżar mitħun frisk
salvja friska
Metodu
- Qaxxar il-kurrat u qattgħu f’biċċiet kbar. Neħħi l-ġilda mill-bejken u qattgħu f’biċċiet imdaqqsin.
- Naddaf il-karrotti u qattagħhom f’biċċiet kbar.
- Dewweb il-marġerina ġo kazzola u qalli l-kurrat u l-bejken sakemm jibdew jieħdu kulur ħamrani.
- Baxxi ftit in-nar, żid il-karrotti u kompli sajjar għal madwar 5 minuti.
- Żid is salvja u l-istokk. Ħawwad tajjeb u erġa għolli ftit in-nar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.
- Baxxi n-nar u kompli sajjar għal madwar siegħa. Għaffeġ tajjeb is-soppa b’ blender tal-elettriku sakemm din tiġi qisha krema.
- Żid il krema friska u roxx ftit melħ u bżar mitħun frisk. Ħawwad u servi sħuna.
- Jekk trid tista’ sservi xi croutons ma’ din is-soppa.