Soppa tal-Faqqiegħ

Ingredjenti

200g kurrat
300g faqqiegħ
litru stokk tat-tiġieġ
100g marġerina
100g dqiq
container krema friska
bżar midħun frisk u melħ
żejt

Metodu

  • Naddaf tajjeb il-kurrat u qattgħu f’biċċiet żgħar. Poġġih ġo bieqja żgħira.
  • Aħsel il-faqqiegħ. Warrab 8 minnhom u l-bqija qattagħhom f’biċċiet żgħar.
  • Ġo kazzola dewweb il-marġerina u fiha qalli l-kurrat u l-faqqiegħ. Trid tħawwad il-ħin kollu u tagħmel attenzjoni biex ma jiskurawx.
  • Baxxi ftit in-nar u żid id-dqiq. Ħawwad tajjeb. Ftit, ftit ibda żid l-istokk. Trid tibqa tħawwad il-ħin kollu. Roxx fit bżar midħun frisk u melħ.
  • Kompli sajjar fuq nar aktar baxx għal madwar 50 minuta.
  • Permezz ta’ hand beater idħan is-soppa sakemm tiġi qisha krema.
  • Neħħi minn fuq in-nar u żid il-krema friska. Ara jekk ikunx hemm bżonn li żżid xi ftit bżar u melħ.
  • Għalli dawk il-faqqiegħ li tkun ħallejt sħaħ. Meta jsiru aqtagħhom f’biċċiet imdaqsa. Żejjen is-soppa bihom.
  • Ma’ din is-soppa tista sservi croutons li tixtrihom lesti jew inkella tqatta ftit ħobż f’biċċiet kwadri u aqlihom fiż-żejt.
Shopping Basket