Ingredjenti
500ml ħalib
80g zokkor
2 vażetti krema friska
pakkett jelly tal-frawli
pakkett custard
taħlita ta’ frott artab tal-gosti tiegħek bħal: banana, kiwi u għeneb
essenza tal-vanilja
vermiċelli taċ-ċikkulata
Metodu
- Ipprepara l-jelly skont kif hemm mitkub fuq il-pakkett. Importanti li ma żżidx iżjed ilma.
- Qaxxar il-frott u qattgħu f’biċċiet żgħar ħafna. Imla sa ftit anqas min-nofs it-tazzi bil-jelly u qiegħed fil-friġġ.
- Dewweb il-custard fi ftit ħalib u ferra’ l-bqija ġo kazzola. Żid iz-zokkor miegħu u ħawwad tajjeb. Poġġi fuq nar moderat sakemm il-ħalib jiftaħ jagħli.
- Baxxi n-nar u żid il-custard. Ħawwad tajjeb biex it-taħlita ma jkollhiex boċċi. Jekk jiġri hekk, saffi t-taħlita minn passatur. Ħalliha tiksaħ ftit.
- Oħroġ it-tazzi mill-friġġ u ferra’ l-custard fuq il-jelly. Ma jimpurtax jekk il-custard tkun għadha xi ftit sħuna.
- Qiegħed il-krema friska ġo skutella. Żid ftit zokkor u l-essenza tal-vanilja magħha u ħabbat tajjeb.
- Iksi l-custard kiesħa bil-krema friska u ferrex ftit vermiċelli taċ-ċikkulata fil-wiċċ.
- Erġa’ qiegħed fil-friġġ. Din id-deżerta għandha tisserva kiesħa ħafna.