Scaloppine tal-vitella

Scaloppine huma qatgħat tal-laħam li jkunu torja ħafna. Għalhekk ġeneralment dejjem ikunu tal-vitella. Dawn dejjem jissajru fit-taġen.

Ingredjenti

4 slices kbar tal vitella
dqiq
żewġ bajdiet
ħalib
frak tal-ħobż. Dan irid ikun minn dak li tixtri lest ta’ barra. Jekk tista tagħżilx wieħed li l-kulur tiegħu jkun jagħti fl-oranġjo.
bżar midħun frisk u melħ
ftit żejt u marġerina biex taqli
flieli tal-lumi

Metodu

  • Naddaf il-vitella mill-grass u ġilda. Roxx ftit bżar midħun frisk u melħ fuq il-laħam.
  • Qiegħed ftit dqiq fuq platt ċatt. Għamel ftit frak tal-ħobż fuq platt ċatt. Flok platt tista tuża biċċa karta oljata. Ġo skutella ħabbat il-bajd u l-ħalib.
  • Għaddi l-vitella mid-dqiq. Ara li tkun inksiet kollha. Wara għaddi mit-taħlita tal-bajd u ħalib u wara iksiha bil-frak tal-ħobż. Trid tagħmel attenzjoni li l-laħam tkun kollha miksija tajjeb.
  • Saħħan taġen ftit kbir u dewweb fih taħlita ta’ ftit żejt u marġerina. Meta ddewweb flimkien żejt u marġerina, ma jinħarqux.
  • Aqli l-laħam fuq nar baxx sakemm isir tajjeb miż-żewġ naħat. Trid tiftakar li l-vitella m’għandhiex bżonn ħafna nar u għalhekk ssir malajr.
  • Biex żgur ma titlifix mit-togħma l-aħjar li sserviha hija bi ftit flieli tal-lumi biss.
  • Jekk trid isservi xi kontorn allura qalli ħafna basal u faqqiegħ. Fl-aħħar tas-sajran żid ftit tadam. Servi dan il-kontorn fuq il-laħam.
  • Il-vitella dejjem trid tisserva eżatt kif tneħħiha minn fuq in-nar.
Shopping Cart