Ingredjenti
4 qatgħat salamun
żejt taż-żebbuġa
meraq tal-lumi
melħ u bżar midhħun frisk
nofs tazza nbid abjad
Metodu
- Ġo reċipjent tal-ħġieġ poggi l-inbid, meraq ta’ nofs lumija, ftit żejt taż-żebbuġa, bżar u melħ. Ħawwad tajjeb. Ir-reċipjent irid ikun kwadru jew tawwali u jrid ikun wiesgħa biżżejjed biex is-salamun joqgħodu ħdejn xulxin.
- Ġo dan il-likwidu qiegħed il-qatgħat tas-salamun jimmarinaw għal 20 minuta.
- Neħħi l-ħut mill-marinat u għamlu fuq platt kbir u ċatt.
- Fuq kull biċċa ħuta roxx idlek il-meraq tal-lumija u roxx ftit melħ u bżar.
- Saħħan tajjeb il-gradilja. Meta tkun saħnet ħafna ibda sajjar il-ħut fuqha.
- Trid tagħmel attenzjoni li l-ħuta tkun issajjret tajjeb minn-naħa qabel ma taqlibha biex issajjarha fuq in-naħa l-oħra. Dan għaliex jekk taqlibha qabel ma tkun issajjret tista’ titkisser.
- Sajjar tajjeb miż-żewġ naħat.
- Servi sħuna bil-ħaxix misjur jew insalata tal-gosti tiegħek.