Ingredjenti
salamun iffumigat
kappar
żejt taż-żebbuġa, extra virgin
flieli tal-lumi
chives jew tursin
ħobż ismar
butir
Metodu
- Is-salamun jinxtara ġo pakketti u jkun maqtugħ lest. Issibu fis-supermarkets fis-sezzjoni ta’ fejn ikun hemm il-prodotti tal-friża.
- Neħħi s-salamun mill-pakett. Qiegħed is-slices fuq platt ċatt.
- Fuqu ferrex ftit żejt taż-żebbuġa, kappar, chives jew tursin imqatta rqiq.
- Żejjen bil-flieli tal-lumi.
- Servi mal-ħobż ismar midluk bil-butir.