Pâte tal-Fwied tat-Tiġieġ

Ingredjenti

200g kurrat
400g fwied tat-tiġieġ
4 bajdiet iebsin
100g bejken
bejken imqatta fi slices irqaq
żewg grokkijiet Sherry
50g marġerina
bżar midħun frisk u melħ

Metodu

  • Naddaf tajjeb il-kurrat u qattgħu f’biċċiet żgħar. Poġġih ġo bieqja żgħira.
  • Ixgħel il-forn 2200C, Gas Numru 7.
  • Ġo taġen dewweb il-marġerina u fiha qalli l-kurrat. Trid tħawwad il-ħin kollu u tagħmel attenzjoni biex ma jiskurax.
  • Żid il-fwied u kompli sajjar sakemm tara li l-fwied ikun sar min barra. Trid tibqa tħawwad il-ħin kollu. Roxx fit bżar midħun frisk u melħ. Żid is-sherry. Ħawwad tajjeb.
  • Qiegħed it-taħlita ġo dixx tal-forn u kompli sajjar fil-forn għal madwar 20 minuta. Meta l-fwied ikun sar, neħħi mid-dixx u ħalli t-taħlita tiksaħ.
  • Ara jekk hemmx bżonn iżżid ftit bżar u melħ. Poġġi l-fwied u l-bajd, ġo food processor u idħan sakemm ikollok taħlita kremuża, dik li bl-Ingliż tissejjah smooth.
  • Saħħan taġen u qalli fih il-bejken għal ftit ħin.
  • Ħu forma tal-forn tawwalija loaf tin. Iksiha bli-stretch and seal. Trid tħalli biżżejjed mal-ġnub biex tkun tista tgħatti l-forma. Fuq l-istretch and seal qiegħed l-istrixxi tal-bejken b’mod li tħalli madwar 2.5cm imdenla mal-ġnub.
  • Ħallat il-bejken mal-fwied. Imla l-forma b’din it-taħlita. Int u timla trid dejjem tagħfas ‘l isfel. Għatti l-wiċċ bil-bejken li jkun baqa mdendel mal-ġnub. Għatti bli-stretch and seal. Qiegħed fil-friġġ għal mhux anqas minn jumejn qabel ma sserviha.
  • Serviha maqtugħa fi slices kiesħa mal-ħobż mixwi.
Shopping Basket