Ingredjenti
Rack tal-kustilji. Trid tagħmel 2 jew 3 għal kull persuna.
tazza nbid aħmar
nagħniegħ
żejt taż-żebbuġa
melħ u bżar
mustarda Dijon
Metodu
- Naddaf il-kustilji mix-xaħam u neħħi l-ġilda. Trid tħalli biċċa għadma fil-parti ta’ fuq. (ara ritratt)
- Ixgħel il-forn 1800C, Gass numru 5.
- Idlek kull kustilja biż-żejt, u fuqha roxx bżar u melħ kif ukoll ftit weraq tan-nagħniegħ imqatta rqiq. In-nagħniegħa hija l-ħaxixa idejali biex tisserva mal-ħaruf jew muntun.
- Qiegħed wire tray ġo dixx tal-forn u poġġi l-kustilji fuqu. Ferra ftit inbid aħmar u ilma. Għatti bil-fojl u sajjarfil-forn għal madwar 50 minuta.
- Oħroġ id-dixx mill-forn. B’attenzjoni kbira neħħi l-fojl Idlek il-kustilji bil-mustarda Dijon u erġa daħħal fil-forn.
- Kompli sajjar għal madwar 10 minuti oħra.
- Servi bil-gravy tagħhom stess, u jekk trid bis-sauce tan-nagħniegħ. Dan is-sauce ssib tixtrih mis-supermarkets.