Din il-krema Taljana tista’ tintuża f’ħafna modi. Biha tista’ timla l-flans, l-éclairs u l-kannoli, tuża fit-torti u saħansitra fil-gateau.
Ingredjenti
600ml ħalib
100g zokkor
50g cornflour
2 isfra tal-bajd
essenza tal-vanilja
Metodu
- Warrab ftit ħalib u ferra’ l-bqija ġo kazzola. Żid iz-zokkor u l-essenza tal-vanilja u qiegħed fuq nar moderat.
- Poġġi l-isfra tal-bajd ġo skutella u żid il-ħalib li tkun warrabt. Żid il-cornflour u ħawwad tajjeb sakemm dan jinħall.
- Meta t-taħlita tal-ħalib tibda tagħli, baxxi n-nar u bil-mod żid it-taħlita tal-cornflour magħha. Ħawwad il-ħin kollu biex ma jiffurmawx boċċi billi l-krema trid tiġi lixxa.
- Il-krema hi lesta biex tferragħha ġol-forma tal-għaġina msajra li jkollok ippreparata. Jekk se tħejji xi flan tal-frott, ħalli l-krema tiksaħ għal kollox qabel tqiegħed il-frott fil-wiċċ.
NOTA: Jekk trid tagħmel krema taċ-ċikkulata, uża 40g trab taċ-ċikkulata (cocoa powder) minflok l-essenza tal-vanilja.