Kejk Bażiku

Ingredjenti

500g dqiq self-raising
450g bajd
360g marġerina
320g zokkor
30g gliċerina jew 2 grokkijiet żejt
ftit essenza tal-vanilja
qoxra ta’ lumija maħkuka

Metodu

  • Saħħan il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Idlek forma tal-kejk b’dijametru ta’ 20ċm bi ftit marġerina u għaddiha ħafif bid-dqiq.
  • Qiegħed il-marġerina u z-zokkor ġo skutella u ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita ssir bajdanija u kremuża. Tista’ tuża beater tal-elettriku.
  • Żid l-essenza tal-vanilja u l-qoxra tal-lumija maħkuka u erġa’ ħawwad.
  • Ofsoq il-bajd waħda, waħda u żidhom mat-taħlita. Ħawwad tajjeb.
  • Għarbel id-dqiq għal darbtejn u żidu ftit, ftit mat-taħlita. Ħawwad il-ħin kollu.
  • Żid il-gliċerina jew iż-żejt u erġa’ ħawwad.
  • Imla l-forma, kważi sax-xifer, b’din it-taħlita. Illixxa l-wiċċ.
  • Aħmi għal madwar 60-80 minuta. Ħalli l-kejk jibred sew qabel toħorġu mill-forma.
  • Jekk trid, wara xi kwarta sajran, oħorġu mill-forn u xaqqaq ftit il-wiċċ, biex jitla’ aħjar.

NOTA: Din ir-riċetta hi dik bażika. Jekk iżżid xi wieħed jew aktar minn dawn l-ingredjenti li ġejjin ikollok dejjem kejkijiet differenti.

Chocolate Chips: Żid 300g qabel iżżid id-dqiq.

Passolina, Sultana jew Konfettura: Żid 300g minn xi wieħed minn dawn l-ingredjenti qabel iżżid id-dqiq.

Larinġ: Ħokk qoxra ta’ larinġa u żidha qabel iżżid id-dqiq.

Shopping Basket