Ingredjenti
panidispanja tonda u ftit għolja… skont ir-riċetta ‘Panidispanja’ mogħtija fil-ktieb ‘Tisjir bil-Għaqal – 1’
krema pastiċċiera… skont ir-riċetta ‘Krema Pastiċċiera’ mogħtija f’dan il-ktieb
150g zokkor
5 abjad tal-bajd
ponta ta’ kuċċarina cream of tartar
xorb tal-gosti tiegħek
frott u ċikkulatini biex iżżejjen
Metodu
- Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
- Lesti l-krema pastiċċiera.
- Aqsam il-panidispanja fi tliet slajsis.
- Qiegħed slajs fuq platt ċatt li jkun tajjeb biex jidħol fil-forn. Xarrab bix-xorb u iksi bil-krema. Agħmel ammont sew ta’ krema.
- Qiegħed it-tieni slajs ta’ panidispanja fuq il-krema. Din id-darba tista’ żżid ftit ċikkulata mdewba jew kafè mal-krema li faddalek qabel tiksi biha; dejjem jekk tiggosta. Iksi l-panidispanja bil-krema u qiegħed l-aħħar slajs fuqha.
- Ferrex ftit xorb fuq l-aħħar slajs tal-panidispanja.
- Qiegħed l-abjad tal-bajd ġo skutella u ħaddmu tajjeb b’whisk tal-elettriku sakemm ikun kiber sew. Żid iz-zokkor u l-cream of tartar u kompli ħaddem sakemm ikollok xkuma wieqfa.
- Iksi l-gateau biha u oħloq disinn fil-wiċċ.
- Daħħal fil-forn sakemm l-ixkuma tieħu kulur sabiħ. Meta l-gateau tkun lesta, ħalliha tiksaħ sew u żżejjinha biċ-ċikkulatini u frott.