Gateau bil-Pineapple

Ingredjenti

2 dwawar ta’ Victoria Sponge
2 bottijiet pineapple rings
pakkett krema likwida UHT JEW 3 bottijiet krema friska
ġamm tal-frawli
ċirasa ħamra
ftit zokkor
likur li tiggosta
essenza tal-vanilja
weraq tan-nagħniegħ

Metodu

Lesti l-Victoria Sponge.
Poġġi dawra minnhom fuq platt kbir u ċatt, idlikha bi ftit ġamm u qiegħed id-dawra l-oħra fuqha.
Xarrab bil-likur tal-gosti tiegħek.
Jekk se tuża l-krema UHT, ħaddimha tajjeb f’mixer jew permezz ta’ beater tal-elettriku. Jekk se tuża krema friska, ħaddimha bl-istess mod iżda żid ftit zokkor u essenza tal-vanilja magħha. Importanti ħafna li l-krema li tuża tkun kiesħa ħafna u ma tħaddimhiex iżżejjed għax inkella tinqata’.
Idlek l-isponge b’din il-krema, illixxa kemm tista’ u żejjen mad-dawra kollha.
Qiegħed il-qatgħat tal-pineapple fil-wiċċ billi trikkibhom fuq xulxin (ara r-ritratt).
Żejjen biċ-ċirasa u l-weraq tan-nagħniegħ.

Shopping Basket