Gambli Mixwija

Ingredjenti
3 gambli kbar għal kull persuna
żejt taż-żebbuġa. Jekk tista uża extra virgin.
lumi
bżar midħun frisk u melħ

Metodu
Neħħi l-biċċa t’isfel tal-gambli u ħalli r-ras. Fuqhom roxx ftit bżar u melħ.
Saħħan taġen li jkollu l-qiegħ magħmul bħal gradilja. Trid issaħħnu tajjeb ħafna.
Meta tkun żgur li saħan tajjeb sajjar il-gambli għal madwar 3 minuti. Trid issajjar fuq kull naħa.
Meta jkun saru neħħi mit-taġen u qiegħed fuq platt ċatt kbir. Fil-wiċċ għamel ftit meraq tal-lumi.
Servi sħan. Jekk trid tista sservihom fuq ftit risotto jew inkella fuq insalata. Roxx ftit żejt u żejjen bil-flieli tal-lumi.

Shopping Basket