Gambli fil-Breadcrumbs (Frak tal-Ħobż)

Ingredjenti

gambli
2 bajdiet imdaqqsin
dqiq
frak tal-ħobż
żejt għall-qali

Metodu

  • Jekk se tuża gambli friski, l-ewwel sajjarhom u wara qaxxarhom. Jekk se tuża tal-friża, l-ewwel ħalli l-friża tinżel kollha qabel issajjarhom u tqaxxarhom.
  • Lesti żewġ platti ċatti: wieħed bid-dqiq u l-ieħor bil-frak tal-ħobż. Ofsoq il-bajd ġo skutella u ħabbathom tajjeb.
  • L-ewwel għaddi l-gambli mid-dqiq, wara mill-bajd u fl-aħħar iksihom sew bil-frak tal-ħobż.
  • Saħħan ftit żejt nadif ġo kazzola u aqli l-gambli meta dan ikun saħan sew. Oqgħod ferm attenta li ma tinħaraqx biż-żejt jagħli.
  • Servi sħan fuq insalata friska tal-ħass. Jekk trid servi skutelli żgħar bil-mayonnaise u zalza tartar fil-ġenb.
Shopping Basket