Għaġin bil-Ħaxix

L-insalata tal-għaġin qed issir popolari ħafna. Filwaqt li għandek dejjem tuża għaġin qasir, tista’ tuża kull tip ta’ ħaxix li tiggosta. Qatt tagħmel iżżejjed għax l-għaġin ma jibqax tajjeb u tispiċċa jkollok tarmi kollox.

Ingredjenti

għaġin… tista’ tuża għaġin ismar
tadam imqatta’
qarabagħli mqatta’ f’roti u mgħolli għal ftit ħin
karrotti msajrin u mqattgħin f’biċċiet
piżelli mgħollija
ħjar imqatta’
tadam imqadded… jekk tiggosta
żebbuġ iswed imnaddaf mill-għadma u mqatta’
dadi tal-ġobon li tiggosta… ma jridx ikun iebes
żejt taż-żebbuġa extra virgin
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Għalli l-għaġin, saffih sew malli jsir u poġġih fid-dixx fejn se sservih.
  • Żid il-biċċiet tat-tadam, qarabagħli, karrotti, piżelli, ħjar, żebbuġ u ġobon miegħu u ħawwad tajjeb.
  • Żid iż-żejt u roxx ftit bżar u melħ. Erġa’ ħawwad u servi.
Shopping Basket